Archive for March, 2009

Il-Blandun

Kontenut: - Fuljett maħruġ mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz li jispjega t-tifsira u s-simbolizmu marbut mal-Blandjun.  Fih katekeżi qasira bi tħejjija għall-velja tal-Għid il-Kbir.

Format: PDF jew Publisher

ASSEMBLEA TAL-ISQFIJIET TAL-KOMUNITA  EWROPEA

comece_kopf.gifMons. Isqof Mario Grech se jirrappreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija fl-Assemblea Plenarja tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Komunita Ewropea (COMECE) li se tiltaqa’ fi Brussell, il-Belġju, mit-18 sal-20 ta’ Marzu 2009.

Is-suġġett bażiku tal-laqgħa se jkun, “Il-kunflitti fil-Lvant Nofsani u l-Asja t’Isfel – x’tista’ tagħmel l-Unjoni Ewropea” (Conflicts in the Middle East and in Southern Asia – What can the European Union do?).

Il-kelliema prinċipali se jkunu l-Isqof Klaus Kramer, President ta’ Missio/Aachen u Mr. Otmar Oehring, Direttur tal-Bord Drittijiet tal-Bniedem tal-Missio/Aachen, dwar l-Insara fil-Lvant Nofsani u l-Asja t’Isfel; Mr. Jaap de Hoop Scheffer, Segretarju Ġenerali tan-NATO, dwar il-perspettivi tal-gwerra fl-Afganistan; u Mr. Marc Otte, Rapprezentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani.

Kelliem ieħor se jkun Mr. Niall O’Neill, mis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, dwar l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju li ġej.

L-Isqfijiet se jkollhom ukoll laqgħa ma’ Mr. Alexandr Vondra, Viċi-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, inkarigat mill-Affarijiet Ewropej.

NILQGĦU KONTRA L-KULTURA TAL-MEWT
Siltiet mill-Omelija ta’ Mons. Isqof Mario Grech
Knisja Patrijiet Franġiskani Minuri - Rabat, Malta

Meta lbieraħ (Erbgħa) filgħaxija l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fil-knisja tal-patrijiet Franġiskani Minuri fir-Rabat, Malta fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp,  fl-omelija huwa tkellem dwar kif:
NILQGĦU KONTRA L-KULTURA TAL-MEWT
Fis-soċjetà tal-lum mhux biss il-finanzi u x-xogħol huma mhedda, imma anke l-istess ħajja umana. Fix-xefaq xi kultant jintlemaħ sħab ikrah li jista’ jikkawża dilluvju li jaf idgħajjef l-ilqugħ morali u legali li s’issa għandna a favur tal-ħajja umana.

Ħafna fostna jħaddmu “sistema utilitarista” li tapprova dak kollu li huwa meħtieġ “issa” mingħajr ma tikkunsidra jekk dak li huwa utli huwiex possibbli etikament u legalment! Mhux dak kollu li jista’ jsir fil-laboratorju huwa moralment korrett; u anqas dak kollu li tippermetti l-liġi ċivili għandu xi garanzija li huwa etikament tajjeb, minkejja li biex liġi ċivili tkun ġusta ma tistax tkun kontra l-ordni morali naturali.

Continue reading >>

The Maltese Herald - 10 ta’ Marzu 2009

The Maltese Herald Logo

Nizzel il-paġna dwar Għawdex ta’ The Maltese Herald

“NILBSU QALZIET TWIL”
Diskors Mons. Isqof Mario Grech
Knisja Ragħaj it-Tajjeb, Rabat - 28 ta’ Frar 2009

Eżortazzjoni tal-Isqof Mario Grech lis-saċerdoti miġbura għal nofs ta’ nhar ta’ spiritwalità fil-bidu tar-Randan
Knisja Ragħaj it-Tajjeb, Rabat – Is-Sibt, 28 ta’ Frar 2009

F’laqgħa li saret ftit jiem ilu bejn il-Papa Benedittu XVI u l-kappillani tad-djoċesi ta Ruma, wieħed mill-kappillani jirrakkonta li darba ltaqa’ ma’ parruċċana tiegħu u għamlitlu osservazzjoni li inkwetatu: “Meta ser tilbes il-qalziet twil?”. Din mhix xi espressjoni Romaneska, imma tirrifletti sentiment komuni għalina wkoll. Niftakar li meta konna tfal, normalment konna nilbsu “qalziet qasir”, u meta xi ħadd minna t-tfal kien ixidd “qalziet twil” dan kien sinjal li wieħed ikun kiber – ikun għadda mit-tfulija għall-irġulija.

Continue reading >>

Sogħba dwar ġrajjiet fil-Karnival tan-Nadur
Stqarrija tal-Arċisqof ta’ Malta u l-Isqof ta’ Għawdex

Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, nixtiequ nesprimu d-dispjaċir tagħna għal dak li ġara fil-Karnival tan-Nadur, Għawdex, ukoll minn xi nies li ġew apposta għalhekk.

Irridu nuru s-sogħba tagħna għal dawk li ħadu sehem f’dawn il-ġrajjiet.  Jiddispjaċina li biex jifirħu ħassew li kellhom jaqgħu f’dawn l-għemejjel.  Nitolbu li jagħrfu aħjar u jirrispettaw kemm il-valuri nsara kif ukoll dawk ċivili tal-poplu tagħna.

Nixtiequ wkoll nuru li dan kollu jmur kontra l-Liġi li tħares dawn il-valuri għall-ġid komuni.  Dawn il-valuri, imsaħħin mill-Kostituzzjoni u l-liġijiet għandhom jiġu mħarsa.

Huwa avvanz fis-soċjetà li qed tiddefendi d-drittijiet tal-minoranza li għandhom ħsibijiet differenti minn dawk tal-maġġoranza tal-poplu.  Iżda naħsbu li ħadd m’għandu d-dritt li jirridikola t-twemmin ta’ oħrajn b’dan il-mod.

Nagħmlu appell lill-Awtoritajiet biex jiddefendu mhux biss id-drittijiet tal-minoranza, iżda wkoll tal-ġid komuni mħaddan mill-maġġoranza tal-poplu.  Qegħdin nitkellmu fuq is-sens reliġjuż ta’ ħafna Maltin u Għawdxin u d-dritt għad-deċenza, iktar u iktar f’avveniment fil-pubbliku, fejn kien preżenti kulħadd bil-familja u bit-tfal.

Meta ma tittieħedx azzjoni, wieħed ma jibqax newtrali, iżda jkun qed japprova dak kollu li sar. Aħna ċerti li dan mhux il-każ.

Nittamaw li fil-ġejjieni, inkunu ħafna iktar attenti.

+ PAWL CREMONA O.P., Arċisqof ta’ Malta
+  MARIO GRECH, Isqof ta’ Għawdex

05 ta’ Marzu 2009

TITWAQQAF IL-“FONDAZZJONI MONS ISQOF NIKOL CAUCHI”

 

Digriet tal-Isqof Mons. Mario Grech
Ritratti

Nhar il-Ħadd filgħaxija, il-Knisja f’Għawdex iltaqgħet fil-Katidral madwar l-E.T. Mons Nikol Cauchi, Isqof Emeritus t’Għawdex, biex tiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr peress li l-Isqof Cauchi jagħlaq 80 sena. Flimkien mal-Isqof Cauchi ikkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca, u numru sabiħ ta’ saċerdoti u reliġjużi.

Continue reading >>

The Maltese Herald - 3 ta’ Marzu 2009

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ din il-ġimgħa ta’ The Maltese Herald Charles Spiteri jirraporta dwar:

Mons. Isqof Mario Grech jiċċelebra egħluq sninu
Attivita’ li saret f’Jum il-Ħajja
Restawr tal-kampnar tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja

Niżżel il-paġna dwar Għawdex: