- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -
Sogħba dwar ġrajjiet fil-Karnival tan-Nadur
Stqarrija tal-Arċisqof ta’ Malta u l-Isqof ta’ Għawdex
Posted By admin On March 5, 2009 @ 12:18 pm In 2009 | Comments Disabled
Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, nixtiequ nesprimu d-dispjaċir tagħna għal dak li ġara fil-Karnival tan-Nadur, Għawdex, ukoll minn xi nies li ġew apposta għalhekk.
Irridu nuru s-sogħba tagħna għal dawk li ħadu sehem f’dawn il-ġrajjiet. Jiddispjaċina li biex jifirħu ħassew li kellhom jaqgħu f’dawn l-għemejjel. Nitolbu li jagħrfu aħjar u jirrispettaw kemm il-valuri nsara kif ukoll dawk ċivili tal-poplu tagħna.
Nixtiequ wkoll nuru li dan kollu jmur kontra l-Liġi li tħares dawn il-valuri għall-ġid komuni. Dawn il-valuri, imsaħħin mill-Kostituzzjoni u l-liġijiet għandhom jiġu mħarsa.
Huwa avvanz fis-soċjetà li qed tiddefendi d-drittijiet tal-minoranza li għandhom ħsibijiet differenti minn dawk tal-maġġoranza tal-poplu. Iżda naħsbu li ħadd m’għandu d-dritt li jirridikola t-twemmin ta’ oħrajn b’dan il-mod.
Nagħmlu appell lill-Awtoritajiet biex jiddefendu mhux biss id-drittijiet tal-minoranza, iżda wkoll tal-ġid komuni mħaddan mill-maġġoranza tal-poplu. Qegħdin nitkellmu fuq is-sens reliġjuż ta’ ħafna Maltin u Għawdxin u d-dritt għad-deċenza, iktar u iktar f’avveniment fil-pubbliku, fejn kien preżenti kulħadd bil-familja u bit-tfal.
Meta ma tittieħedx azzjoni, wieħed ma jibqax newtrali, iżda jkun qed japprova dak kollu li sar. Aħna ċerti li dan mhux il-każ.
Nittamaw li fil-ġejjieni, inkunu ħafna iktar attenti.
+ PAWL CREMONA O.P., Arċisqof ta’ Malta
+ MARIO GRECH, Isqof ta’ Għawdex
05 ta’ Marzu 2009
Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org
URL to article: http://gozodiocese.org/2009/03/05/soghba-dwar-grajjiet-fil-karnival-tan-nadur-stqarrija-tal-arcisqof-ta-malta-u-l-isqof-ta-ghawdex/
Click here to print.
Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.