Pellegrinaġġ Penitenzjali tar-Randan
Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar, Mons Isqof Mario Grech se jmexxi Pellegrinaġġ Penitenzjali fil-bidu tar-Randanbiex flimkien nagħtu bidu għat-tielet fażi tal-Missjoni Djoċesana: iż-Żmien ta’ Konverżjoni u Ċelebrazzjoni.
Il-pellegrinaġġ se jsir ix-Xewkija, u jitlaq fis-6.00pm minn ħdejn il-mitħna biswit it-traffic lights. Meta naslu l-Knisja jkun hemm ċelebrazzjoni komunitarja tal-qrar, jingħata l-mandat tal-predikazzjoni lill-predikaturi tal-eżerċizzi, ikollna messaġġ mill-Isqof, u jsir it-tqarbin. (Ma jkunx hemm quddiesa.)
F’każ ta’ maltemp, niltaqgħu mall-ewwel fil-Knisja.
Katekeżi tar-Randan għaż-Żgħażagħ
Bħas-snin ta’ qabel, kull nhar ta’ Sibt matul ir-Randan, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ se torganizza mumenti ta’ riflessjoni u talb għaż-żgħażagħ (16+). Dawn isiru fid-dar ta’ ħdejn Manresa, u jibdew fit-8.30p.m. L-ewwel appuntament hu għas-Sibt 28 ta’ Frar.
Weekend Irtir għaż-Żgħażagħ
Mill-Ġimgħa 13 sal-Ħadd 15 ta’ Marzu il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ se torganizza weekend irtir għal żgħażagħ 18+. Min hu interessat, jikkuntattja lil Dun Giovanni Curmi (99228918).