Archive for February 23rd, 2009

IMUT IL-KAN MIKIEL CAMILLERI MIN-NADUR

Illum, it-Tnejn 23 ta’ Frar 2009 tħabbret il-mewt tal-Kanonku Mikiel Camilleri, min-Nadur. Dun Mikiel twieled fid-19 ta’ Diċembru 1931 u ġie ordnat saċerdot fit-12 t’April 1959. Il-funeral tiegħu se jsir nhar is-Sibt li ġej, 28 ta’ Frar 2009 fil-bażilika tan-Nadur. Il-quddiesa tal-funeral tibda fit-3.30p.m. Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu, ningħaqdu flimkien fit-talb biex il-Mulej Alla jilqgħu fi ħdanu fil-Ġenna. RIP

Attivitajiet Djoċesani - Randan 2009

pellegrinagg-poster2009.jpg

Pellegrinaġġ Penitenzjali tar-Randan

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar, Mons Isqof Mario Grech se jmexxi Pellegrinaġġ Penitenzjali fil-bidu tar-Randanbiex flimkien nagħtu bidu għat-tielet fażi tal-Missjoni Djoċesana: iż-Żmien ta’ Konverżjoni u Ċelebrazzjoni.

Il-pellegrinaġġ se jsir ix-Xewkija, u jitlaq fis-6.00pm minn ħdejn il-mitħna biswit it-traffic lights. Meta naslu l-Knisja jkun hemm ċelebrazzjoni komunitarja tal-qrar, jingħata l-mandat tal-predikazzjoni lill-predikaturi tal-eżerċizzi, ikollna messaġġ mill-Isqof, u jsir it-tqarbin. (Ma jkunx hemm quddiesa.)

F’każ ta’ maltemp, niltaqgħu mall-ewwel fil-Knisja.

Katekeżi tar-Randan għaż-Żgħażagħ

Bħas-snin ta’ qabel, kull nhar ta’ Sibt matul ir-Randan, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ se torganizza mumenti ta’ riflessjoni u talb għaż-żgħażagħ (16+). Dawn isiru fid-dar ta’ ħdejn Manresa, u jibdew fit-8.30p.m. L-ewwel appuntament hu għas-Sibt 28 ta’ Frar.

Weekend Irtir għaż-Żgħażagħ

Mill-Ġimgħa 13 sal-Ħadd 15 ta’ Marzu il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ se torganizza weekend irtir għal żgħażagħ 18+. Min hu interessat, jikkuntattja lil Dun Giovanni Curmi (99228918).

Lectio Divina għas-Saċerdoti taż-Żona B (Parroċċa Żebbuġ)

February 23, 2009
4:00 pm