In-Nawfraġju ta’ San Pawl u l-kura tal-morda u l-anzjani
Ħsieb fi 16-il Jum Dinji tal-Morda

2healing.jpg“F’ dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju. Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem.  Missier Publju inzerta mixħut, marid bid-deni u d-disenterija. Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejjqu. Wara dan imbagħad bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira, u hu fejjaqhom”. (Atti 28,7-9)

  • F’din is-Sena Pawlina, il-ġrajja storika tan-Nawfraġju ta’ San Pawl għandha tferraħna bħala poplu Nisrani, u tħeġġigna biex ngħixu b’aktar konvinzjoni l-fidi tagħna.
  • L-istedina li saritilna mill-missjunarji waqt iż-żjajjar fil-familji, jiġifieri biex biex nitħeġġu għas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u nieħdu sehem fl-Ewkaristija tal-Ħadd, tieħu tifsira speċjali meta norbtuha mal-miġja ta’ San Pawl fostna: hu xandrilna l-Kelma u wasslilna lil Kristu, il-Kelma li saret laħam.
  • Kif insibu fl-Atti, u kif nitolbu fil-Kolletta tal-quddiesa tal-festa tan-Nawfraġju, San Pawl ma qagħadx jipprietka biss!, imma permezz tal-fejqan ta’ ħafna morda wettaq ministeru ta’ kura tal-morda.  Dan jurina li sa mill-bidu nett, il-preżenza tal-Knisja f’pajjiżna kienet immarkata bil-kura ta’ min hu marid.
  • Bħala Knisja u bħala Nsara għandu jkollna sensibilita’ u attenzjoni speċjali lejn il-morda u l-anzjani, kemm ta’ dawk rikoverati fl-ispar jew fid-Djar tal-Anzjani, imm wkoll ta’ dawk fid-djar tal-parroċċi tagħna.