Published on February 1, 2009
in 2009.
Il-bieraħ filgħaxija (is-Sibt 31.01.09), l-Isqof t’Għawdex Mario Grech kellem lil għadd sabiħ ta’ koppji membri fi ħdan il-Gruppi Familji Nsara (GRUFAN) fil-laqgħa ġenerali tagħhom li saret fis-Seminarju tal Virtù, ir-Rabat, Malta. Mons Isqof qal:
It-tiġdid tas-soċjetà jiddependi ħafna mit-tiġdid taż-żwieġ u tal-familja; imma ż-żwieġ u l-familja jiġġeddu jekk il-bniedem jiskopri l-verità kollha tal-proġett t’Alla għalih. Għalhekk, il-familja Nsranija għandha sehem importanti fl-evanġlizzazjoni l-ġida li l-Knisja f’pajjiża hemm bżnn li twettaq.
Continue reading >>
Pawlu, L-Appostlu tal-Ġnus u Missier il-Maltin
Kitba ta’: Mons. Lawrenz Sciberras
Maħrug minn: Lumen Christi Publications
Stampat: Gozo Press
Data: Settembru 2008
Paġni: 162
Prezz: €7
Pawlu, Ragħaj għall-Komunitajiet ta’ Żminijietna
Kitba ta’: Kevin J. Hanlon traduzzjoni ta’ Geoffrey G. Attard
Pubblikazzjoni: Lumen Christi Publications
Stampat: PEG Ltd
Data: Settembru 2008 (It-tieni ediżżjoni)
Paġni: 96
Prezz: €4
Jgħix Fija Kristu: San Pawl: il-ħajja, l-ittri, il-ħsieb u l-imkejjen
Kitba ta’: Giuseppe Pulcinelli traduzzjoni ta’ P. Paul Darmanin OFM Conv.
Pubblikazzjoni: Reliġjon u Ħajja (RUĦ)
Stampat: PEG Ltd
Data: 2008
Paġni: 127
Prezz: €5
Continue reading >>
Published on February 1, 2009
in 2009.
Diskors ta’ merħba mill-Arċipriet Tarcisio Camilleri
More photos from here
Diskors tal-E.T. Mons Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
fl-okkażjoni taż-Żjara tal-E.T. Dr Edward Fenech Adami, President ta’ Malta lill-Kulleġġ tal-Kappillani u lill-Kulleġġ tal-Konsulturi tad-Djoċesi ta’ Għawdex
Ċentru Ragħaj it-Tajjeb, Victoria – Is-Sibt 24 ta’ Jannar 2009
Eċċellenza President tar-Repubblika,
Nilqgħek fostna bħala l-ogħla awtorità Kostituzzjonali tagħna ċ-ċittadini, u għaldaqstant kustodju tal-identità tan-nazzjon tagħna.
Nilqgħek fostna wkoll bħala “ħuna” fi ħdan il-Knisja – il-komunità tad-dixxipli ta’ Ġesù Kristu.
Bħala ċittadini u bħala ragħajja spiritwali tal-poplu t’Alla, aħna napprezzaw din il-laqgħa miegħek li nemmnu li tista’ tirrisolvi ruħha f’opportunità fejn nistgħu nirriflettu flimkien dwar kif il-Knisja ta’ Kristu tista’ tkompli tagħti sehemha biex bil-qawwa tal-Evangelju ġensna jsarraf iċ-ċittadinanza tiegħu b’impenn soċjali li jkattar il-ġid komuni.
Bħala Knisja aħna nemmnu bi sħiħ li Ġesù Kristu għandu messaġġ relevanti għall-bniedem ta’ kull żmien. Kif jikteb S. Irinew: “Il-Verb t’Alla waqqaf l-għamara tiegħu fost il-bnedmin u sar bin il-bniedem biex il-bniedem jidra jifhem lil Alla u biex Alla jidra jgħammar fil-bniedem.” F’soċjetà fejn nara indikazzjonijiet qawwija li qed jiġi applikat il-prinċipju ġusnaturalista ta’ Grotius: “Etiamsi daremus non esse Deum” (daqslikieku Alla ma jeżistix), dan huwa mument ta’ grazzja għall-Knisja li terġa’ tipproponi lil Kristu, għax fi kliem San Tumas t’Akwinu huwa biss f’relazzjoni mal-Assolut li l-bniedem jista’ jiddefinixxi l-istess eżistenza tiegħu.
Continue reading >>
Published on February 1, 2009
in 2009.
Maltese Version
The news of the great fires in the State of Victoria, Australia that resulted in many victims and enormous damage, instils in us a feeling of sadness and heartache, especially because we know that there are thousands of our emigrant Maltese and Gozitan brethren in Victoria.
In solidarity with those who have suffered losses due to these fires, particularly with our brethren in Victoria, and with love for their families and their relatives here in our country weighed down by concern for their dear ones far away, I appeal for prayers to be said for them to God, through the intercession of Our Lady of Ta’ Pinu, in the churches of the diocese, in Christian prayer and cathechesis groups, and in family gatherings.
Today, 12th February 2009.
+ Mario Grech
Bishop of Gozo.


L-EWWEL ITTRA LILL-KORINTIN
KALENDARJU GĦAS SENA PAWLINA - FRAR 2009
1 ta’ Frar
Ma tafux li intom tempju ta’ Alla u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom? (3, 16)
Naf li ġismi hu sabiħ u qaddis. Għad iqum mill-imwiet.
2 ta’ Frar
Jekk xi ħadd jeqred it-tempju ta’ Alla, Alla jeqred lilu. Għax qaddis hu t-tempju ta’ Alla, li huwa intom. (3, 17)
Nieħu ħsieb dan ġismi mingħajr ma nfissdu żżejjed.
Continue reading >>