Bullettin ta’ 4 Ħadd matul is-Sena (Sena B)
Archive for January 30th, 2009
L-għadd 147 tar-rivista Marjoloġika Madonna Ta’ Pinu għandu bħala tema interessanti tiegħu x’inhu “santwarju” fl-ottika Kristjana. Mons. Lawrenz Sciberras jiftaħ b’espożizzjoni biblika li fiha jfisser il-viżjoni Lhudija tat-Tempju ta’ Ġerusalemm, u warajh il-liturġista Patri Anton Farrugia ofm jikteb fuq ir-rit tad-Dedikazzjoni ta’ knisja. Fir-riflessjonijiet patristiċi tiegħu, din id-darba mibnija fuq kitbiet San Ambroġ, Mons. Carmelo Refalo jitfa’ ħarstu fuq Marija bħala t-Tempju l-ġdid. Biex wieħed jifhem sew is-sens teoloġiku tas-“santwarju” m’għandux jitlef l-artiklu ta’ Dun Gerard Buhagiar Għaliex is-Santwarju?
Biex ir-Rgħajja tal-Knisja meta jgħallmu u jaqdu lill-Poplu ta’ Alla jkunu aktar sensittivi għall-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.
Intenzjoni MissjunarjaĦalli l-Knisja fl-Afrika ssib il-mezzi biex tippromovi r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja u l-paċi. Continue reading >>


