

L-EWWEL ITTRA LILL-KORINTIN
KALENDARJU GĦAS SENA PAWLINA - JANNAR 2009
1 ta’ Jannar
Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù…, lil dawk li tqaddsu fi Kristu Ġesù…, grazzja u sliem mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu. (1Kor 1, 1-3)
Kemm inħossni msejjaħ/msejħa biex inkun appostlu ta’ Kristu Ġesù fil-Knisja Ommi u fid-dinja?
2 ta’ Jannar
Jiena niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi minħabba fikomgħall-grazzja li Alla takom, lilkom fi Kristu Ġesù, (1, 4)
Niżżiħajr xejn lil Alla tal-grazzja kbira li tani li nkun membru tal-Knisja ta’ Kristu?
Continue reading >>
Published on January 9, 2009
in 2009.
Ilbieraħ, il-Hamis, 8 ta’ Jannar 2009, miet Fr. Ġwann Azzopardi, S.J. mix-Xagħra. Ġwann Azzopardi miet fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, Malta, fl-età ta’ 69 sena.
Ġwann Azzopardi kien student Ġizwita li marad wara li għamel l-istudji Univeristarji fil-Letteratura u l-istudji tal-Filosofija fi Franza. Kien jaghmel parti mill-komunità ta’ Manresa, iżda issa kien ilu ’l fuq minn 15-il sena fid-Dar tal-Kleru.
Il-funeral se jsir għada, is-Sibt, 10 ta’ Jannar, f’Dar Loyola, in-Naxxar fl-10.30 ta’ filgħodu.
Ningħaqdu mal-familjari ta’ Ġwann Azzopardi u mal-Komunità tal-Patrijiet Ġiżwiti f’talba lil Alla biex jilqgħu fi ħdanu fil-ferħ tal-Ġenna.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.

Bullettin fil-festa tal-Magħmudija ta’ Gesu’ (Sena B)