Archive for January 5th, 2009

Mandat lil-Missjunarji
Missjoni Djoċesana 2008-2009

 

Il-bieraħ filgħaxija, 4 ta’ Jannar 2009, infetħet it-tieni fazi tal-Missjoni Djoċesana li qed tigi ċċelebrata matul din is-sena pastorali fid-Djoċesi ta’ Għawdex. Waqt quddiesa solenni fil-Katidral ta’ Għawdex, Mons Isqof Mario Grech ta l-mandat lil madwar 500 persuna biex iwasslu l-Aħbar tal-Imħabba t’Alla fil-familji kollha ta’ Għawdex.

Continue reading >>

Kooperaturi fix-xandir tal-Evanġelju

Is-Sibt filgħdou, 3 ta’ Jannar 2009, fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Victoria, Għawdex, saret il-laqgħa ta’ bdil tal-awguri bejn is-saċerdoti tad-djoċesi u l-Isqof Mario Grech. Fl-okkażjoni ta’ din il-laqgħa, l-Isqof Grech għamel dan id-diskors li fih jagħti linji programmatiċi ta’ pastorali għall-Knisja f’Għawdex:

“Kooperaturi fix-xandir tal-Evanġelju” (Fil 1,3)

Għeżież Saċerdoti, “kooperaturi fix-xandir tal-Evanġelju”,

Illum bħala Knisja f’diversi oqsma tal-ħajja nesperjenzaw distanza kulturali bejn it-twemmin Nisrani u l-mentalità kontemporanja. Dan narawh f’dak li għandu x’jaqsam mal-affettività, l-edukazzjoni, l-ekonomija, is-sanità, l-politika, eċċ. Għalkemm prima facie dan jista’ jidher bħala fenomenu negattiv għax jimplika telfa jew daqqa fatali, għall-kuntrarju nixtieq li nħarsu lejh bħala opportunità li għandha tixprunana biex bħala Nsara u bħala Knisja lokali nagħmlu għażliet prijoritarji. Huwa fatt li l-istrutturi, partikularment il-komunitajiet parrokkjali, huma mgħobbija b’ħafna attività; għalhekk fil-kuntest ta’ żmienna, fejn is-soċjetà qed tinbidel, huwa urġenti li nagħmlu għażliet prijoritarji biex anke l-Knisja tkun tista taġġorna ruħha.

Continue reading >>

Missjoni Djoċesana
Żmien ta’ Missjoni u Tħabbira
(4-25 ta’ Jannar)

logo-missjoni-djocesana.jpg« L-istorja dejjem uriet li l-bniedem jeħtieġ salvazzjoni li ma tistax tiġi minnu stess.  Il-bniedem għandu xewqat profondi li ma jistax jissodisfahom biss b’affarijiet materjali. San Mattew jirrakkonta fil-Vanġelu tiegħu ż-żjara tal-Maġi u jgħid li “meta daħlu d-dar u r-raw lit-tifel ma’ ommu Marija, inxteħtu fl-art iqimuh.” (Mt 2,11) Il-Maġi kienu ġew mil-Lvant u l-vjaġġ tagħhom wassalhom fejn xtaqu. Imma għalihom issa kien beda vjaġġ ieħor, vjaġġ intern li bidlilhom ħajjithom. » (Mill-Pastorali tal-Isqfijiet għall-Avvent 2008)

Illum, il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2009, Solennità tal-Epifanija tal-Mulej, tibda t-tieni fazi tal-Missjoni Djoċesana, ikkaratterizzata miż-żjajjar fil-familji.
Hi xewqa tal-Knisja f’Għawdex li matul din is-Sena Pawlina l-familji kollha tagħna jtennu mill-ġdida l-“IVA” tagħhom lil Alla, li sar bniedem għalina l-bnedmin. Hi xewqa tal-Knisja f’Għawdex li lkoll kemm aħna nġeddu u nsaħħu l-vjaġġ tal-fidi tagħna, u nikbru bħala komunità ta’ fidi, il-Knisja.

Continue reading >>