Published on December 8, 2008
in 2008.
Reġa’ wasal il-Milied, żmien ta’ ferħ u rigali. Jekk tixtieq INT tista’ iżżid dan il-ferħ billi tagħmel għotja ta’ demm, għotja li tista’ issalva persuna jew toħloq tbissima fuq fomm min jista’ jkun qed ibati. Għotja ta’ demm hi rigal imprezzabbli, li fl-aħħar mill-aħħar jimla’ lilek b’ferħ ukoll.
Agħmel dan il-Milied differenti għalik u għall-pazjenti. Agħti r-rigal tal-ħajja.
Agħti d-demm!
Bullettin ta’ 2 Ħadd ta’ l-Avvent (Sena B)
Published on December 5, 2008
in 2008.
Nhar it-Tlieta, 26 ta’ Novembru 2008 Dun Joseph Grech, saċerdot min-Nadur, kiseb id-Dottorat “Utroque Iure” fil-Liġi Kanonika u Universali mill-Università Pontifiċja tal-Lateran. Dun Joseph iddefenda b’suċċess it-teżi tiegħu, bit-titlu “Il servizio del Vescovo diocesano per i suoi presbiteri secondo il recente magistero della Chiesa (dal Concilio Vaticano II ai nostri giorni)”.
Dun Joseph Grech ġie ordnat saċerdot mill-Isqof (Emeritu) Nikol Ġ Cauchi fl-20 ta’ Ġunju 2001. Dun Joseph għal dawn l-aħħar seba’ snin qed jaqdi l-ministeru tiegħu ġewwa Ruma bħala Vicario Cooperatore fil-parroċċa tal-”Buon Consiglio”.
Published on December 5, 2008
in 2008.
About 500 Catholics from all over Europe are due to meet in October 2009 in Gdansk, the founding city of Solidarność, at the invitation of the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Community (COMECE). The topic of the meeting will be Solidarity as a founding value of the European Union. The preparation Committee for this event held its first meeting on 3 December in Brussels under the chairmanship of Bishop Piotr Jarecki, COMECE Vice-President.
Twenty years after the fall of the Communist regime and 70 years since the start of World War II, the European Union and its Member States, just at a time when the economic crisis deepens, are today faced with a great duty: to practice solidarity within the Member States and towards the other regions of the world. This European meeting is aimed at promoting Catholic Social Teaching at the level of European unification.
Continue reading >>
Published on December 4, 2008
in 2008.
Kull sena matul l-Avvent il-Kummissjoni Djocesana Zghazagh torganizza mumenti ta’ talb ghaz-zghazagh Ghawdxin. Dawn il-mumenti ta’ talb isiru kull nhar ta’ Sibt fit-8.30pm fis-sala tas-Seminarju.
Ikun hemm kant, katekezi u sharing fuq il-kelma t’Alla, hin ghal talb fis-skiet quddiem l-Ewkaristija. Il-laqgha ddum madwar siegha. Dan hu mument sabih ghaz-zghazagh biex flimkien naghmlu mixja ta’ fidi fit-thejjija ghall-festa tal-Milied.
Nistednuk tigi titlob maghna!
Published on December 4, 2008
in 2008.
“Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt li jieħdu sehem sħiħ u attiv fil-ħajja tal-komunità Nisranija, u għalhekk fi ħdan il-komunità parrokkjali l-persuni b’diżabilità huma mhux biss oġġett tal-ħidma pastorali imma wkoll parti mis-suġġett li jwettaq din il-ħidma” Dan kien il-messaġġ li l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech wassal lill-Kulleġġ tal-Kappillani t’Għawdex meta dalgħodu kien qed jippresiedi l-laqgħa mensili tal-kappillani.
Fl-okkażjoni tal-Jum il-Persuni b’Diżabilità, delegazzjoni mill-Kummissjoni Djoċesana għall-Persuni b’Diżabilità f’Għawdex dalgħodu (illum, l-Erbgħa 3 ta’ diċembru 2008), indirizzat lill-kappillani f’din il-laqgħa u spjegaw lill-kappillani x’inhuma l-aspettattivi u l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom fil-Knisja. Filwaqt li wrew l-apprezzament tagħhom għal dak li għamlet il-Knisja b’risq dawn il-persuni, fissru li għad hemm ħafna x’isir biex l-Evanġelju jasal ukoll għand dawn il-persuni u biex huma jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħajja tal-komunità Nisranija. Huma għarrfu lill-kappillani li l-Kummissjoni Djoċesana għall-Persuni b’Diżabilità qed taħdem biex id-djoċesi jkollha librerija b’materjal kateketiku u ta’ talb li jkun jista’ jintuza minn dawn il-persuni, mill-familji tagħhom u anke mill-katekisti.
Continue reading >>
Published on December 3, 2008
in 2008.
Minħabba n-nuqqas ta’ demm fl-isptar Mater Dei l-pubbliku huwa mitlub biex għal ġurnata waħda biss jaħseb f’ħaddieħor u jagħti sehmu f’sens ta’ solidarjetà. Dawk kollha li huma nteressati għandhom imorru fil-Każin tal-Banda f’Għajnsielem is-Sibt, 6 ta’ Diċembru bejn it-8.30 u s-14.00
Continue reading >>
Fil-paġna dwar Għawdex ta’ The Maltese Herald ta’ din il-gimgħa Charles Spiteri jirraporta dwar
- L-ispettaklu mużikali li ttella fl-oratorju Don Bosco bl-isem ta Marija ta’ Nażareth
- L-ikla ta’ San Martin li saret fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu
Niżżel l-paġna dwar Għawdex minn hawn