- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Matul ix-xahar ta’ Diċembru
Ktieb ġdid ta Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof Emeritu ta’ Għawdex
Lumen Christi Publications

Posted By admin On December 16, 2008 @ 3:22 pm In Lumen Christi Publications | Comments Disabled

[1] milied.jpg

Ħafna jammettu li żmien il-Milied “inqabad” f’nofs polemika.  Min-naħa hemm dawk li għalihom kolloxjitqies li jagħmel parti mill-”ispirtu” ta’ dawn il-ġranet.  Min-naħa l-oħra ma jonqsux dawk li jsostnu li hemm ħafna x’wieħed inaddaf, jew aħjar x’għandu jkun dak li jagħti tifsira xierqa lit-twelid ta’ Kristu.

Dan ta’ l-aħħar hu nkluż fil-għan li qed joffrilna Mons. Isqof Cauchi fil-ktieb tiegħu f’ġabra ta’ 31 meditazzjoni mibnija fuq persunaġġi, xbiehat, figuri jew wegħdiet oħrajn meħudin mill-Antik Testment. Iservu ta qari spiritwali li fl-istess ħin jiġbru l-istorja sħiħa tas-salvazzjoni mifruxa fuq eluf ta’ snin.  Ilkoll f’rabta ma’ l-imwiegħed Messija waqt li joffru katekeżi biblika li twassa għall-milja taż-żmien fi Kristu, imma fuq kollox għat-tisħiħ tal-ħajja nisranija.

Dan il-ktieb jistedinna nitfgħu harsitna lejn Persuna, ladraba l-Kristjanżmu hu Kristu nnifsu, ikatar milli huwa oġġett jew ġabra ta’ informazzjoni jew xi stil ta’ ħajjar.  Għalhekk dan il-qari jgħinna nagħrfu kif nistgħu nqabblu reliġjon ma’ oħra, meta f’pajjizna żdiedu dawk li jħaddnu twemmin ieħor.

Kopjji tal=kitieb ta’ 112-il paġna, it-tielet wieħed fis-sensiela “Katekezi Spiritwali” maħruga mil-Lumen Christi Publications, jinkisbu mil-librara ewlenin tal-kotba reliġjużi f’Malta u Għawdex, jew direttment mil-Lumen Christi Bookshop, Victoria għall-prezz ta’ 5 ewro.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/12/16/matul-ix-xahar-ta-dicembru-ktieb-gdid-ta-mons-nikol-g-cauchi-isqof-emeritu-ta-ghawdex-lumen-christi-publications/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/lumenchristipublications/milied.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.