Archive for December 16th, 2008

Matul ix-xahar ta’ Diċembru
Ktieb ġdid ta Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof Emeritu ta’ Għawdex
Lumen Christi Publications

milied.jpg

Ħafna jammettu li żmien il-Milied “inqabad” f’nofs polemika.  Min-naħa hemm dawk li għalihom kolloxjitqies li jagħmel parti mill-”ispirtu” ta’ dawn il-ġranet.  Min-naħa l-oħra ma jonqsux dawk li jsostnu li hemm ħafna x’wieħed inaddaf, jew aħjar x’għandu jkun dak li jagħti tifsira xierqa lit-twelid ta’ Kristu.

Dan ta’ l-aħħar hu nkluż fil-għan li qed joffrilna Mons. Isqof Cauchi fil-ktieb tiegħu f’ġabra ta’ 31 meditazzjoni mibnija fuq persunaġġi, xbiehat, figuri jew wegħdiet oħrajn meħudin mill-Antik Testment. Iservu ta qari spiritwali li fl-istess ħin jiġbru l-istorja sħiħa tas-salvazzjoni mifruxa fuq eluf ta’ snin.  Ilkoll f’rabta ma’ l-imwiegħed Messija waqt li joffru katekeżi biblika li twassa għall-milja taż-żmien fi Kristu, imma fuq kollox għat-tisħiħ tal-ħajja nisranija.

Continue reading >>

16 ta’ Diċembru 2008

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald ta 16 ta’ Diċembru, Charles Spiteri jirraporta dwar Betlehem f’Għajnsielem, Monument lil Franġisk Portelli, Pellegrinaġġ f’egħluq il-Ġublew tad-Dehriet u ħatra ta’ Rettur għall-Knisja ta’ Marsalforn