Archive for December 1st, 2008

Il-Ġenerożita’ fl-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fil-5 ta’ Diċembru, ċelebrata minn Dun Eddie Zammit.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament ghalihom.  Fl-iskema ta’ temi magħżula għal din is-Sena Pawlina mill-Isqof Nikol Cauchi meħuda mit-tagħlim li ħallielna San Pawl, din id-darba jmiss “Il-Ġenerożita’”. L-ispunt hu l-versett “Għandna nieħdu ħsieb ngħinu lil min hu fil-bżonn, waqt li niftakru fi kliem il-Mulej Ġesu’ li qal: Min jagħti hu aktar hieni minn min jieħu” (Atti tal-Appostli 20:35).

Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.

Continue reading >>

Lectio Divina għas-Saċerdoti

December 1, 2008
4:00 pm

Żona - Sannat - 4pm

Jum Dinji kontra l-AIDS (NU)

December 1, 2008