Archive for December, 2008

The Maltese Herald - 2 ta’ Diċembru 2008

 The Maltese Herald Logo

Fil-paġna dwar Għawdex ta’ The Maltese Herald ta’ din il-gimgħa Charles Spiteri jirraporta dwar

  • L-ispettaklu mużikali li ttella fl-oratorju Don Bosco bl-isem ta Marija ta’ Nażareth
  • L-ikla ta’ San Martin li saret fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu

Niżżel l-paġna dwar Għawdex minn hawn

Il-Ġenerożita’ fl-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fil-5 ta’ Diċembru, ċelebrata minn Dun Eddie Zammit.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament ghalihom.  Fl-iskema ta’ temi magħżula għal din is-Sena Pawlina mill-Isqof Nikol Cauchi meħuda mit-tagħlim li ħallielna San Pawl, din id-darba jmiss “Il-Ġenerożita’”. L-ispunt hu l-versett “Għandna nieħdu ħsieb ngħinu lil min hu fil-bżonn, waqt li niftakru fi kliem il-Mulej Ġesu’ li qal: Min jagħti hu aktar hieni minn min jieħu” (Atti tal-Appostli 20:35).

Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.

Continue reading >>

Jum il-Volontarjat

December 5, 2008

Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani (Ċentru Ragħaj it-Tajjeb)

December 3, 2008
8:30 am

Ċentru Ragħaj it-Tajjeb - 8.30am

Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilita’ (NU)

December 3, 2008

Katekeżi ta’ l-Avvent għaż-żgħażagħ (Seminarju - KDŻ)

December 6, 2008
8:30 pm
December 13, 2008
8:30 pm
December 20, 2008
8:30 pm

Irtir djoċesan għall-Abbatini (Forms 4-5)

December 5, 2008toDecember 7, 2008

Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Missjunarji Lajċi (Parroċċi)

December 5, 2008