- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Katekeżi tal-Avvent għaż-Żgħażagħ

Posted By admin On November 27, 2008 @ 4:03 pm In 2008 | Comments Disabled

Il-Ħadd li ġej nagħtu bidu għas-Sena Liturġika tal-Knisja permezz tal-Avvent. Il-Kummissjoni Djoċesana zgħazagħ tixtieq tistieden liz-zgħazagħ Għawdxin (16+)  għal mixja ta’ talb u katekezi matul l-erba’ Sibtijiet tal-Avvent. Hu mod kif bħala zgħazagħ nimxu mal-liturġija tal-Knisja biex niskopru aktar lil Kristu u l-Misteru tal-imħabba tieghu għalina, li jidher anke fil-ġrajjiet li niċċelebraw bħala Knisja-komunita’.


Kull nhar ta’ Sibt filgħaxija, fit-8.30p.m. niltaqgħu fis-Sala tas-Seminarju. Ikollna kant, talb, sharing, katekezi u adorażżjoni tal-Ewkaristija. Inħeġġuk tiħi titlob magħna. Il-laqgħa ddum madwar siegħa. Ikun preżenti Mons Isqof Mario Grech.
Permeżż ta’ din il-mixja, nixtiequ ningħaqdu mal-Knisja tagħna f’Għawdex ukoll fl-esperjenża tal-Missjoni Djoċesana, li Gimgħa wara oħra qed tlaqqa’ flimkien numru kbir ta’ adulti Għawdxin għal esperjenża ta’ talb u ta’ katekeżi dwar San Pawl.
L-ewwel katekeżi, jiġifieri tas-Sibt li gej 29 ta’ Novembru, se ssir fil-knisja ta’ San Gakbu, it-Tokk (peress li fis-sala tas-Seminarju se jkun hemm id-dramm imtella’ mis-seminaristi).


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/11/27/katekezi-tal-avvent-ghaz-zghazagh/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.