Published on November 6, 2008
in October.
IS-SALIB HUWA L-QOFOL TAL-ISTORJA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Tberik tas-salib ta’ fuq il-koppla
Parroċċa San Ġużepp, Kalkara – Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2008
Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2008, Mons Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara u wara sar it-tberik tas-salib li mbagħad tqiegħed fuq il-lanterna tal-knisja. Din hija l-omelija tal-Isqof:
Fil-ħajja għandna ħafna slaleb. Uħud minn dawn noħolquhom aħna; oħrajn ngħabbuhom aħna stess lil oħrajn; oħrajn jiġu waħidhom. Imma s-salib li llejla sejrin inbierku biex jitpoġġa fil-quċċata tal-knisja parrokkjali tagħkom, huwa salib differenti għax huwa s-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fi kliem il-Kardinal Martini, is-salib ta’ Ġesù huwa l-qofol tal-istorja t’Alla u tal-bniedem.
Continue reading >>
Published on November 6, 2008
in 2008.
L-għanijiet ewlennin tal-Kunsill huma li:
- Iħares l-edukazzjoni fl-Iskejjel tal-Knisja fuq it-tagħlim u twemmin nisrani kif imfisser fid-dokumenti uffiċjali tal-Knisja, u jimxi fuq il-linji gwida u l-istruzzjonijiet li l-Isqof u l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi jħabbru minn żmien għall-ieħor;
- Jaħdem biex iżomm l-Iskejjel tal-Knisja fuq quddiem fil-qasam tal-edukazzjoni, u jaħdem id f’id mad-Diviżjoni u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija, u mal-Private Schools Association;
- Iħares l-interessi speċifiċi tal-Iskejjel tal-Knisja u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex iġib ’il quddiem dawn l-interessi;
- Iżomm quddiem għajnejh dak kollu li jitolbu l-Att tal-Edukazzjoni, ir-regolamenti u l-linji gwida li jagħtu l-Ministeru u d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Ftehim fuq l-Iskejjel tal-Knisja li sar bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta, u xi direttivi li s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija jħoss li għandu jagħti fl-interess tal-Iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex.
Ara l-istatut kollu minn hawn
Membri tal-Kunsill: Fr Effie Masini (Delegat tal-Isqof), Fr Emmanuel Saliba, Sister Francesca Abela fcj, Horace Mercieca, Joe W Psaila