Published on October 17, 2008
in October.
Forġa li ssawwar lill-poplu bil-valuri tal-Vanġelu
Ilkom ftit ma taraw forġa? Aħna konxji jew le li l-Knisja li aħna nagħmlu parti minna, il-Knisja li aħna niffurmaw hija forġa illi fis-snin l-imgħoddija irnexxielha, bil-formazzjoni Nisranija, issawwar bnedmin, poplu u kultura imżejna bil-valuri tal-Vanġelu?
Illejla qegħdin hawn għaliex il-Mulej tana grazzja li sibna din il-forġa taqbad, u li lilna ftit jew wisq saffitna u għenitna biex nagħrfu s-sewwa u biex nagħrfu lil Ġesù Kristu. Hemm bżonn li din il-forġa tibqa’ taqbad u li żżid fil-ħeġġa tagħha ħalli tkompli tagħti dan il-kontribut tant importanti lil pajjiżna, lill-gżira tagħna, lil kull wieħed u waħda mill-poplu tagħna. Din il-forġa taħdem bil-qawwa u bir-rieda tiegħek, tiegħi u tagħna.
Continue reading >>
Bullettin ta’ 29 Ħadd matul is-Sena (Sena A)
Nħar il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru fil-pjazza tal-Munxar saret Ċelebrazzjoni biex timmarka l-ftuħ tal-Missjoni Djoċesana fid-djoċesi ta’ Għawdex.
Continue reading >>
Fil-paġna dwar Għawdex f’The Maltese Herald ta’ din il-ġimgħa, Charles Spiteri jikteb dwar
- Attivita fejn gie mfakkar San Piju minn Pietrelċina
- Lejla Marjana F’Għajnsielem
Niżżel il-paġna dwar Għawdex
Bullettin ta’ 28 Ħadd matul is-Sena (Sena A)
Published on October 10, 2008
in 2008.
Nhar il-Ħadd filgħodu, 5 ta’ Ottubru 2008, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal-Iscouts fil-gzejjer Maltin. Għadd kbir ta’ Scouts minn Malta u Għawdex kienu preżenti għal din il-quddiesa li saret fil-gym tas-Seminarju fir-Rabat, Għawdex.
Fl-omelija tiegħu l-Isqof Grech wassal dan il-messaġġ:
Continue reading >>
Published on October 4, 2008
in Letters.
Ittra lill-Familja 3/2008
Ittra ta’ Mons Isqof Mario Grech
lill-Familji Għawdxin
fil-Ftuħ tal-Missjoni Djoċesana
“Kull familja titgħallem tagħmel tinda”
Għeżież,
“Grazzja u sliem minn Alla l-Missier tagħna u Sidna Ġesù Kristu!” (Rum 1,7)
Meta jidħol il-lejl u l-ulied iż-żgħar jinġabru biex jorqdu, normalment il-ġenituri jħallu dawl żgħir jixgħel fil-kamra ta’ wliedhom biex jekk xi ħadd jistenbaħ ma jibżax mid-dlam. Dan id-dawl inemnem mhux biss ikisser id-dlam tal-lejl, imma jfakkar li dalwaqt ser titla’ x-xemx li tkeċċi d-dlam bid-dija tagħha.
Continue reading >>