Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fil-5 ta’ Settembru, ċelebrata minn Fr Mark Demanuele MSSP.
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom taħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament għalihom. Inħass li jkun xieraq li, matul din is-sena speċjali, jittieħdu temi mit-tagħlim li ħallielna San Pawl. Din id-darba ntgħażlet “Dejjem Magħqudin ma’ Kristu”, bi spunt mill-versett “Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna” (ittra lir-Rumani, kap 8:39-39).
Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.