Archive for September, 2008

9 ta’ Settembru 2008

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald ta’ 9 ta’ Settembru, Charles Spiteri jikteb dwar il-Velja ta’ l-Għid ta’ l-Assunta li saret fis-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu.

Niżżel l-paġna dwar Għawdex minn hawn

STORJA TINKITEB MINGĦAJR ALLA?

Dalgħodu (it-Tnejn 8 ta’ Settembru 2008), fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina ċċelebrata fix-Xagħra, Għawdex, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali u fl-omelija huwa tkellem dwar id-dmir tan-nisrani li jieħu sehem attiv fin-nisġa tal-istorja ta’ pajjiżna. Din hija ġabra fil-qosor tal-omelija tiegħu:

“Kull jum qed tinkiteb l-istorja ta’ ġensna. Aktar minn kronoka ta’ ġrajjiet, l-istorja hija t- traduzzjoni ta’ viżjoni spiritwali u morali tar-realtà fl-esperjenza. Meta wieħed jażżarda jmiss dawn il-valuri, ikun qed jattakka l-integrità ta’ dan il-poplu u jikteb storja sewda.

Continue reading >>

IL-ĠMIEL TAL-BNIEDEM U TAŻ-ŻWIEĠ
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Festa tal-Assunta
Katidral, Għawdex – 15 t’Awwissu 2008

IL-ĠMIEL TAL-BNIEDEM U TAŻ-ŻWIEĠ

Kull wieħed u waħda minna, anke bħala kollettività, għandna xi forma ta’ kejl biex inkunu nistgħu niġġudikaw jekk l-għażliet li nagħmlu jew id-deċiżjonijiet li nieħdu jkunux għażliet u deċiżjonijiet tajbin. Imma meta nagħti ħarsa lejn is-soċjetà tagħna, nistaqsi lili nnifsi jekk huwiex il-waqt li nagħmlu valutazzjoni ta’ dan il-kejl li aħna qed napplikaw. Għax jista’ jiġrilna bħal dak il-bennej illi beda jibni dar kbira u sabiħa, imma billi l-istrumenti li kien juża biex ikejjel bihom kienu ħżiena, meta wasal biex jagħlaq id-dar sab illi l-ħitan li bena ma jaqblux ma’ xulxin, u allura d-dar ma setgħetx tiġi kompluta.

Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 7 ta’ Settembru

 bulletinlogo.jpg

Bullettin ta’ 23 Ħadd matul is-Sena (Sena A)

DJALOGU
Silta mill-omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Bazilika Marija Bambina, Isla - 4 ta’ Settembru 2008

Il-bieraħ (il-Ħamis 4 ta’ Settembru 2008) Mons Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fil-Bażilika ta’ Marija Bambina (l-Isla, Malta) mal-komunità parrokkjali li kienet qed tfakkar is-87 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Bambina. Dan li ġej huwa ġabra fil-qosor tal-omelija*:

Għalkemm kotru l-mezzi tal-komunikazzjoni kemm dawk soċjali kif ukoll dawk personali, illum id-djalogu bejn il-bnedmin ftaqar ħafna. Effett ta’ dan, hemm riskju li tiżdied id-diżordni u l-konfużjoni fil-ħajja taż-żwieġ u tal-familja, fil-ħajja soċjali u fil-ħajja ekkleżjali.

Continue reading >>

KRISTU ĦELISNA BIEX NGĦIXU TA’ NIES ĦIELSA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Pellegrinaġġ Djoċesan għal San Pawl il-Baħar, Malta - 20 t’Awwissu 2008

KRISTU ĦELISNA BIEX NGĦIXU TA’ NIES ĦIELSA

F’epoka bħal tagħna fejn ħafna jiġġieldu għal-libertajiet, inħossni kburi bħala membru fil-Knisja f’Malta u Għawdex illi tagħraf lill-Appostlu Pawlu bħala l-Missier tagħha, għaliex Pawlu nistgħu nippreżentawh bħala l-Appostlu tal-libertà.
 
L-istorja ta’ pajjiżna hija mżejna bi ġrajjiet li aħna nfakkru ta’ kull sena, ġrajjiet li jimmarkaw tappi important fejn il-poplu tagħna kiseb libertà politika. Din hija ħaġa tajba u sabiħa.

Continue reading >>

Għalija li ngħix huwa Kristu… U Għalik?
Attività għall-pubbliku organizzata mis-Soċjetà tal-Museum fi Pjazza Santu Wistin fir-Rabat Għawdex

attivita-ghawdex-poster.jpg

Is-Soċjetà tal-MUSEUM tistieden lill-pubbliju għall-attività “Għalija li ngħix huwa Kristu”. Din ser issir fi Pjazza Santu Wistin u fil-ġnien tal-Kunvent tal-Agostinjani, fir-Rabat Għawdex bejn it-12 u l-14 ta’ Settembru, kuljum mis-6.30p.m. sad-9.30p.m.

L-attività tinkludi diversi stands li joffru “attrazzjonijiet” varji: tagħrif dwar is-Soċjetà u dwar San Ġorġ Preca, talb u esperjenzi ta’ talb, possibiltà ta’ adorazzjoni ewkaristika fis-skiet, direzzjoni spiritwali, qrar… u tant affarijiet oħra.

Niżżel programm ta’ l-attivitajiet minn hawn

2 ta’ Settembru 2008

The Maltese Herald Logo

Fil-paġna dwar Għawdex f’ The Maltese Herald ta’ 2 ta’ Settembru, Charles Spiteri jikteb dwar mixja ta’ fidi mal- Madonna t’ Lourdes li saret f’ Għajnsielem u dwar grupp ta’ żgħażagh mill-paroċċa tal-Munxar li attendew summer camp fi Spanja.Niżżel il-paġna dwar Għawdex minn din il-link