Archive for August, 2008

L-Edukazzjoni tal-bniedem sħiħ

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, iċċelebrata llum il-Ħadd, 24 t’Awwissu 2008, fil-parroċċa taż-Żebbuġ, Għawdex, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali u fl-omelja tkellem dwar l-edukazzjoni tal-bniedem sħiħ.

Dan li ġej huwa ġabra fil-qosor tal-messaġġ tal-Isqof Grech.

“F’epoka meta mhumiex ftit dawk li qed jaqtgħu qalbhom mill-futur, hemm bżonn inkunu aktar konvinti li l-ġejjieni tal-bnedmin qiegħed f’idejn dawk li għandhom il-ħila jagħtu lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin raġunijiet ta’ ħajja u ta’ tama. Dan is-servizz jista’ u għandu jingħata minn dawk involuti fil-proċess edukattiv tal-ġenerazzjoni tal-lum għax mill-edukazzjoni li tingħata tiddependi l-kwalità ta’ ħajja tal-persuna u tas-soċjetà.

Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 24 ta’ Awwissu 2008

 bulletinlogo.jpg

Bullettin tal-21 Ħadd ta’ matul is-sena (Sena A)

Il-Ħajja f’Għawdex - Awwissu/Settembru 2008

hajjafghawdexawwissu.jpg 

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 900. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Continue reading >>

19 ta’ Awwissu 2008

The Maltese Herald Logo

Charles Spiteri fil-ħarga ta’ The Maltese Herald ta’ din il-gimgħa jirraporta dwar xogħol ta’ rinovament li sar fid-Dar Parrokkjali tal-Parroċċa t’Għajnsielem.

Il-ġmiel taż-żwieġ u tal-familja

Messaġġ ta’ Mons Isqof Mario Grech waqt l-omelija tal-Pontifikal fis-Solennità tal-Assunta, Knisja Katidrali, Rabat, Għawdex (Il-Ġimgħa 15 t’Awwissu 2008)

Kull deċiżjoni jew għażla li nagħmlu fil-ħajja personali, familjari u soċjali, tiddependi minn xi twemmin għandna dwar il-bniedem. L-antropoloġija postmoderna hija dgħajfa minħabba l-ideat konfużi li għandna dwar il-bniedem u dwar Alla. Sfortunatament, hemm min itenni li wieħed jista’ jafferma lill-bniedem biss meta jiċħad lil Alla.

Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 17 ta’ Awwissu 2008

bullettinlogosenapawlina.jpg 

Bullettin ta’ l-20 Ħadd matul is-sena (Sena A)

Pellegrinaġġ Djoċesan għal fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl

Pellegrinaġġ Djoċesan għal fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl

(f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, Malta)

pellegrinagg_djocesan.jpg

L-Erbgħa 20 ta’ Awwissu 2008

Tluq mal-vapur tal-4.30p.m.
Lura mal-vapur tal-9.45p.m.

Biljetti mill-parroċċi (sas-Sibt 16 t’Awwissu).

Ikun hemm it-trasport bil-lanċa minn San Pawl il-Baħar għal fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl.
Hemm il-possibiltà tar-rebħ ta’ l-Indulġenza Plenarja, skond il-kundizzjonijiet tas-soltu.

Żwiġijiet li ma jirnexxux: ġerħa għall-Knisja

pressreleaselogo.jpgDalgħodu 10 t’Awissu,  fil-parroċċa ta’ San Lawrenz, Mons Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz. Din is-sena l-parroċċa fakkret l-1750 sena mill-mewt ta’ dan il-qaddis.


Dan li ġej huwa ġabra fil-qosor tal-omelija tal-Isqof Grech:


“Bħal Kristu, il-Knisja ma tistax ma tagħmilx għażla preferenzjali favur il-foqra. Il-fqir huwa dak li ħajtu hija mhedda għax minħabba l-faqar tiegħu jmut qasir il-għomor. Dan japplika mhux biss fil-każ tal-faqar materjali imma wkoll fil-każ tal-faqar reliġjuż u dak morali, preżenti fis-soċjetà tagħna.

Continue reading >>