Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 899. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.
Artikli online minn din il-ħarġa
Published on July 29, 2008
in 2008.
Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa ta’ l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fl-1 ta’ Awissu, ċelebrata mis-superjur tad-Dar Stella Maris Fr Alfred Farrugia MSSP.
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament ghalihom. Inħass li jkun xieraq li, matul din is-sena speċjali, jittieħdu temi mit-tagħlim li ħallielna San Pawl. Din id-darba ntgħażlet “il-Liberta’ ta’ Wlied Alla”, bi spunt mill-versett “Għax il-Mulej huwa l-Ispirtu; u fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-ħelsien” (it-tieni ittra lill-Korintin: kap 3 vers 17).
Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.
Continue reading >>