- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

“Agħmlu ħbieb ma’ Alla!”
Meditazzjoni ta’ l-Isqof Mario Grech waqt Velja ta’ talb, Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù (26 ta’ Ġunju 2008)

Posted By admin On June 28, 2008 @ 7:03 am In 2008 | Comments Disabled

Bi tħejjija għall-ordinazzjoni ta’ tliet djakni li ser issir fil-Katidral tad-djoċesi t’Għawdex il-Ġimgħa fis-6.00 p.m., 27 ta’ Ġunju, il-Ħamis filgħaxija Mons Isqof Mario Grech mexxa Velja ta’ talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù li għaliha attendew insara minn diversi parroċċi t’Għawdex.

Fil-meditazzjoni li għamel, l-Isqof Grech ħeġġeġ lit-tliet seminaristi li ser jirċievu d-djakonat biex “jagħmlu ħbieb ma’ Alla”, għaliex is-sejħa u l-missjoni tas-saċerdot hija qabel kollox li jkun raġel ħabib t’Alla. Din il-ħbiberija m’Alla hija waħda esklussiva u dejjiema. Huwa fatt li s-soċjetà llum mhix mixtieqa jew nieqsa minn organizzaturi u operaturi soċjali, imma għandha għatx għall-bniedem t’Alla. Jekk is-saċerdot jgħix f’din ir-relazzjoni ta’ ħbiberija m’Alla jkollu aktar assigurazzjoni li jkun awtentiku f’dak li jgħid jew jagħmel. Barra minn hekk, il-ħbiberija m’Alla fi Kristu tagħti lis-saċerdot il-qawwa u l-kostanza f’dawk il-mumenti meta ħaddiehor iħallih waħdu jew meta ma jkunx mifhum. Saċerdot li jagħmel ħbieb m’Alla, jgħin lil oħrajn ikunu ħbieb t’Alla, u min huwa ħabib m’Alla jirbaħ kull xkiel li jfixklu milli jibni l-ħbiberija ma’ ħutu l-bnedmin.

It-tliet ordinandi huma Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard N. Farrugia, it-tlieta mill-parroċċa tax-Xagħra.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/06/28/%e2%80%9caghmlu-hbieb-ma%e2%80%99-alla%e2%80%9d-meditazzjoni-ta%e2%80%99-l-isqof-mario-grech-waqt-velja-ta%e2%80%99-talb-seminarju-tal-qalb-ta%e2%80%99-gesu-26-ta%e2%80%99-gunju-2008/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.