Archive for June 22nd, 2008

Ordinazzjoni ta’ Djakni fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Poster Ordinazzjoni ta' Djakni

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2008, fil-Knisja Kattidrali ta’ Għawdex ser issir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat minn Mons Isqof Mario Grech. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6.00 p.m. u għaliha huwa mistiedna l-insara tad-Djoċesi.

Il-kandidati għal-ordinazzjoni tad-Djakonat huma Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard Farrugia mill-parroċċa tax-Xagħra.

Bi preparazzjoni għal-Ordinazzjoni tad-Djakonat ser issir Velja ta’ Talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu, nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju 2008 u li għaliha huma mistiedna l-insara kollha tad-Djoċesi. Il-Velja ta’ Talb tibda fid-9.00 p.m. u ser tkun imxandra fuq Radju Marija (102.3 FM)

Festa ta’ San Ġwann Battista

June 22, 2008

Parroċċa Xewkija

Tifkira tas-Sejħa tal-Madonna ta’ Pinu

June 22, 2008

Festa fis-Santwarju ta’ Pinu