The Maltese Herald hija l-unika gazzetta Awstraljana li tinkiteb bil-Malti. Fost l-artikli f’dan il-ġurnal insibu paġna dwar Għawdex miktuba mill-ġurnalist Għawdxi Charles Spiteri. Fil-ħarġa ta’ 27 ta’ Mejju insibu fost l-oħrajn artiklu dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li saru f’għeluq il- 50 sena minn meta Dun Ġużepp Piscopo sar saċerdot.
Archive for May 28th, 2008
Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) ghall-Quddiesa ta’ l-ewwel Gimgħa tax-Xahar fis-6 ta’ Gunju, ċelebrata minn Dun George Frendo.
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija specifikament ghalihom. Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.
Nhar it-Tlieta 20 ta’ Mejju 2008 hija ġurnata li mhux se tintesa’ malajr mit-tfal, għalliema u ġenituri ta’ l-Iskola Primarja Sant’Iermu tal-Belt Valletta. F’din il-ġurnata, saret ċelebrazzjoni kbira fejn matulha nkixfet u tbierket niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-bitħa ta’ l-imsemmija skola bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-anniversarju tal-150 sena mill-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes. Għal din l-okkażżjoni kellna ukoll il-gost u l-pjaċir li nilqgħu fostna lill-ET Monsinjur Mario Grech, Isqof t’Għawdex, u lill-ET Monsinjur Pawlu Giglio, Arċisqof Emeritus.


