Published on May 13, 2008
in 2008.
Nhar is-Sibt li għadda, 10 ta’ Mejju, id-Djoċesi ċċelebrat il-Vġili ta’ Pentekoste, permezz ta’ Velja djoċesana. Il-Velja nżammet fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu, li din is-sena qed ifakkar il-125 mis-Sejħa tal-Madonna.
Il-Velja ta’ Pentekoste, li fiha niċċelebraw is-Solennità ta’ l-għoti ta’ l-Ispirtu s-Santu lill-Appostli u lill-Knisja, hi ċelebrazzjoni maqsuma f’diversi riti, u mimlija simboliżmu u ġesti marbuta mal-ġrajja ta’ Pentekoste. Għal din is-sena, l-attenzjoni partikolari kienet marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija, peress li din is-sena pastorali talbitna nirriflettu fuq dan is-sagrament, li hu l-bidu tal-ħajja nisranija, jiġifieri ta’ min jilqa’ lil Kristu, l-Iben t’Alla inkarnat, bħala Feddej tiegħu u jimxi warajh billi jwettaq ir-rieda tal-Missier. Il-mixja tad-dixxiplu, li jipprova jgħix u jwettaq il-kelma tal-Vanġelu, hi msaħħa bid-don ta’ l-Ispirtu s-Santu, li kull kattoliku jirċievi f’jum is-sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof.
Continue reading >>
Published on May 13, 2008
in May.
Nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju 2008, Mons Isqof Mario Grech mexxa l-Velja ta’ talb ta’ Pentekoste li saret fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu, u waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija għamel din l-omelija:
Dan huwa lejl li għandu jimliena bit-tama. Din hija velja li matulha l-Knisja ssejjaħ lill-Ispirtu s-Santu li huwa r-ruħ u l-ħajja tagħna. Il-qari li xxandar il-lejla jippreżentalna diversi episodji li minkejja kollox jimlewni bil-qawwa u bil-kuraġġ.
Continue reading >>
Published on May 13, 2008
in 2008.
Ir-riserva tad-demm tinsab baxxa ħafna, saħansitra b’riskju li l-operazzjonijiet jieqfu mil-lum għall-għada minħabba nuqqas ta’ demm meħtieġ mill-pazjent. Barra minn hekk, m’għandniex riżorsi biżżejjed biex inkopru diżgrazzja jew emerġenza, filwaqt li pazjenti li għandhom bżonn id-demm bħala trattament se jkollom jistennew sakemm din is-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar. Importanti ngħidu li d-demm la għandu sostitut u lanqas ma jista’ jinxtara. Ma nħallux din il-kriżi tkompli fit-tul peress li xi ħadd jista’ jiġi bżonn ta’ demm u ma jsibx. Għad li s’issa kulħadd sabu meta ġie bżonnu, dan ma jfissirx li sitwazzjoni bħal din ma tista’ qatt tiġri. Huwa dmir tagħna li la nħallu l-pazjenti jistennew id-demm, u lanqas li l-operazzjonijiet meħtieġa jitħassru.
Continue reading >>
Published on May 13, 2008
in 2008.
Mons Isqof Mario Grech iżur l-Iskola Agius de Soldanis
jikteb Fr. Mark Demanuele MSSP, Religous Consellor Skola Agius de Soldanis
Il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, il-festa ta’ San Ġorġ Preca, fl-iskola tagħna kellna mistieden speċjali ħafna! L-isqof Mario ġie jżur l-iskola għal żewg raġunijiet. L-ewwelnett kienet okkażjoni biex jiltaqa’ ma’ l-istudenti tal-Form 2 u jiftaħ djalogu magħhom, u wkoll biex ibierek xi proġetti godda li għandna fl-iskola.
Continue reading >>

Niżżel l-paġna dwar Għawdex mill-ġurnal The Maltese Herald ta 13 ta’ Mejju 2008