Bullettin fis-Sollennita’ tal-Miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu
Archive for May 9th, 2008
Format: PDF/Publisher
Kontenut: Manifestazzjoni Marjana f’għeluq ix-xahar ta’ Mejju, li tinkludi l-tiġdid tal-Konsagrazzjoni tal-parroċċa lil Qalb bla Tebgħa ta’ Marija.
Awtur: Parroċċa Sannat
Niżżel: manifestazzjoni_marjana.pub (Publisher)
Niżżel: manifestazzjoni_marjana.pdf (Acrobat)
Il-bieraħ il-Ħamis filgħaxija Mons Isqof Mario Grech, fl-okkazzjoni tal-festa ta San Gorg Preca, mexxa pellegrinagg ta’ madwar 300 ruħ mid-djocesi t’Għawdex lejn il-kappella tas-Soċjeta tal-Muzew fil-Blata l-Bajda u flimkien ma għadd sabieh ta’ saċerdoti qaddes quddiem il-fdalijiet ta San Gorg Preca. Fl-omelija tieghu, l-Isqof Grech wassal dan il-messagg:
“Kif darba Dun Ġorg ħass lil “Madonna tal-parir it-tajjeb” tgħidlu biex jgħozz is-skiet (serva silentium), aħna ukoll jeħtieġ nitgħallmu ‘ngħożżu s-skiet’ biex f’soċjeta post-moderna bħal tagħna b’tant storbju u konfużjoni nkunu nistgħu nisimgħu lilna nfusna, lil dawk ta madwarna u fuq kollox il-vuċi t’Alla tkellimna.
Nhar l-Erbgħa, lejliet il-festa tal-Madonna ta Pompei, l-Isqof Mario Grech mexxa koncelebrazzjoni fis-Santwarju mmexxi mis-Sorijiet Dumnikani fir-Rabat Għawdex. Fl-omelija tieghu, Mons Isqof qal:
“Il-festa tal-Madonna ta’ Pompei li qed niċċelebraw illum, hija stedina biex nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq il-kwadru tal-Madonna tar-Ruzarju bix-xewqa li dak li seħħ lil Beatu Bartolo Longo fl-1875 iseħħ llum ukoll. Infatti il-kontemplazzjoni tat-talba tar-Ruzarju waslet lil Bartolo Longo biex bena l-knisja santwarju ta Pompej u waqqaf diversi djar li jilqgħu tfal orfni u delinkwenti.


