Archive for May 2nd, 2008

Bullettin tal-Ħadd - 4 ta’ Mejju 2008

Logo tal-Bullettin tal-Ħadd

Bullettin fit-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

 

Funeral ta’ Sir Anthony Mamo
Stqarrija tal-Kurja ta’ Għawdex

pressreleaselogo.jpgL-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, li bħalissa jinsab fuq żjara pastorali fil-Kanada, jixtieq jesprimi s-sogħba tiegħu lill-familja u lill-qraba kollha ta’ Sir Anthony Mamo fil-jum tal-funeral tiegħu. Mons Isqof Grech iħossu spiritwalment magħqud mal-Knisja f’Malta u Għawdex li llum qegħda ssellem lil Sir Anthony Mamo fil-jum tal-funeral tiegħu, li serva lil pajjiżna b’integrità u ġenerożità kbira. Mons Isqof joffri t-talb tiegħu għall-mistrieħ ta’ ruħ Sir Anthony Mamo.