Archive for April, 2008

29 ta’ April 2008

The Maltese Herald Logo

Fil-paġna dwar Għawdex fil-ġurnal The Maltese Herald ta 29 ta’ April, Charles Spiteri jikteb dwar il-45 Kungress Djoċesan tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla u dwar attivita li għaliha attenda Mons. Isqof Mario Grech biex jitfakkar il-ħamsin anniversarju mill-ftuħ ta l-iskola primarja fix-Xewkija.

Mejju 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Ħalli l-insara jagħrfu jinqdew bil-letteratura, l-arti u l-“mass media” biex jiddefendu u jippromwovu l-valuri tal-persuna umana.

Intenzjoni Missjunarja
Biex il-Verġni Marija turi t-triq ta’ Kristu lill-missjunarji kif kienet tagħmel ma’ l-Appostli.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex il-familji tagħna japprezzaw il-valur tat-talb flimkien, speċjalment it-talba tar-Rużarju.

L-Isqof Grech jiltaqa’ mal-Maltin u l-Għawdxin f’Toronto fil-parroċċa mmexxija mis-saċerdoti tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl

More photos from here

L-Isqof Mario Grech, illum il-Ħadd 27 ta’ April, kompla bil-programm taż-żjara pastorali tiegħu fil-Kanada billi dalgħodu mexxa quddiesa pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, li tinsab f’Dundas Street West. Din il-parroċċa, li għal diversi snin kienet immexxija mill-Patrijiet Franġiskani Maltin, illum hija mmexxija mill-Patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Il-Kappillan attwali Fr Karm Borg, li huwa mgħejjun minn Fr. Domnic Cachia laqgħu lil Mons Isqof Grech u ppreżentawh lill-ġemgħa preżenti. Fl-omelija tiegħu Mons Isqof rrimarka li fil-ħajja spiritwali tagħna għandna nitħabtu biex lil Alla nadurawh fl-ispirtu u l-verità. Dan jgħinna biex ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u mal-qaddisin ma tkunx marbuta la ma’ post u lanqas ma’ persuna jew qaddis partikulari. B’dan il-mod l-adorazzjoni tagħna lil Alla u ċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieħ il-qaddisin ikunu espressjoni ta’ ħajja nisranija matura u awtentika.

Continue reading >>

L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Djoċesi ta’ Għawdex
Moviment Gradwati Għawdxin
Kurja Veskovili
Triq ir-Repubblika
Victoria
 
Media Release
  

L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa ta’ l-Ewwel Ġimgha tax-Xahar fit-2 ta’ Mejju.
 
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunità u jsegwu omelija speċifikament  għalihom.  Mit-8.15 ikun hemm il-possibiltà tal-Qrar.

Continue reading >>

Mons Isqof Mario Grech itemm iż-żjara tiegħu fost il-Maltin u l-Għawdxin ta’ Detroit biex ikompli biż-żjara tiegħu fil-Kanada

[Show picture list]

Il-Ġimgħa  25 ta’ April 2008 Mons. Isqof Mario Grech għalaq l-ewwel parti taż-żjara pastorali fl-Istati Uniti u l-Kanada b’quddiesa u dinner fil-Maltese-American Association Club f’Dearborn Detroit. L-Isqof ġie milqugħ  fis-sala taċ-Ċentru mis-Sur Paul Borg President tal-Club, minn Fr. Joe Mallia responsabbli mill-ħidma fost il-Maltin residenti f’Detroit, kif ukoll mill-Konslu Malti ta’ Detroit is-Sur Larry Zahra.
Continue reading >>

Tkompli ż-żjara ta’ l-Isqof Grech f’Detroit

Nhar il-Ħamis filgħodu, 24 ta’ April, l-Isqof Grech qaddes għat-tfal li jattendu fl-iskola St. Frances Cabrini - waħda miż-żewg skejjel li hemm fi-parroċċa mmexxija mill-Kan Joe Mallia, saċerdot iben ġenituri Maltin. F’din l-iskola jattendu tfal ta’ emigranti Maltin. Fil-messaġġ tiegħu, l-Isqof Grech tkellem dwar il-ħtieġa li l-bniedem, speċjalment it-tfal, ikollhom ‘mudelli’ tajbin li jistgħu jimitawhom fil-ħajja. Anke Kristu kellu ‘mudel’: “kif il-Missier ħabb lili, hekk jien ħabbejt lilkom”. Għan-nisrani, Kristu huwa l-mudell li wieħed jista’ joqgħod fuqu. Għalhekk, dawk kollha li huma responsabbli mill-formazzjoni tat-tfal, speċjalment il-ġenituri u l-għalliema, għandhom jgħinu lill-istudenti jimxu fuq l-eżempju ta’ Kristu; hekk iċ-ċkejknin jistgħu jikbru u huma stess ikunu mudelli kredibbli għall-oħrajn. Fi tmiem il-quddiesa, l-Isqof Grech kien ipprezentat b’tifkira ta’ l-okkażjoni.

Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 27 ta’ April 2008

Logo tal-Bullettin tal-Ħadd

Bullettin ta’ 6 Ħadd ta’ l-Għid (Sena A)

L-Isqof Mario Grech jiltaqa’ mas-saċerdoti Maltin f’Detroit

Bishop's Pastoral Visit in Detroit, USA

L-Isqof Mario Grech, li bħalissa jinsab fuq żjara pastorali f’Detroit u Toronto, nhar l-Erbgħa 23 ta’ April kellu l-ewwel appuntament tiegħu ma’ grupp ta’ saċerdoti Maltin li qed jaħdmu f’Detroit.

Huwa kien milqugħ minn Fr Joe Mallia, iben ġenituri Maltin li kienu emigraw snin ilu fl-Amerika. Fr Mallia llum huwa kappillan tal-Parroċċa Santa Frangiska Cabrini. Hija parroċċa attiva ħafna, li tinkludi żewġ skejjel li jilqgħu madwar 1500 student. Fr Mallia, li huwa responsabbli mill-ħidma pastorali fost il-komunità Maltija f’Detroit, laqqa’ lill-Isqof ma’ xi saċerdoti Maltin, fosthom Fr Anthony Camilleri, Amerikan iben ta’ ġenituri Maltin, li kien l-uniku saċerdot ordnat is-sena l-oħra fl-arċidjoċesi ta’ Detroit. Għal din il-laqgħa kienu preżenti Fr Robert Cini tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl, Fr John Saliba, Ġizwita, u Fr Joe Briffa – it-tlieta huma kappillani f’parroċċi diversi. L-Isqof Grech fisser l-apprezzament tiegħu għall-ħidma siewja li dawn is-saċerdoti qegħdin iwettqu f’Detroit, u nnota b’sodisfazzjoni kemm il-Knisja f’pajjiżna tat kontribut lill-Knisja fl-Amerika bil-preżenza ta’ saċerdoti bħal dawn.