Fil-paġna dwar Għawdex fil-ġurnal The Maltese Herald ta 29 ta’ April, Charles Spiteri jikteb dwar il-45 Kungress Djoċesan tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla u dwar attivita li għaliha attenda Mons. Isqof Mario Grech biex jitfakkar il-ħamsin anniversarju mill-ftuħ ta l-iskola primarja fix-Xewkija.
Archive for April 29th, 2008
Intenzjoni Ġenerali
Ħalli l-insara jagħrfu jinqdew bil-letteratura, l-arti u l-“mass media” biex jiddefendu u jippromwovu l-valuri tal-persuna umana.
Intenzjoni Missjunarja
Biex il-Verġni Marija turi t-triq ta’ Kristu lill-missjunarji kif kienet tagħmel ma’ l-Appostli.
Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex il-familji tagħna japprezzaw il-valur tat-talb flimkien, speċjalment it-talba tar-Rużarju.
More photos from here
L-Isqof Mario Grech, illum il-Ħadd 27 ta’ April, kompla bil-programm taż-żjara pastorali tiegħu fil-Kanada billi dalgħodu mexxa quddiesa pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, li tinsab f’Dundas Street West. Din il-parroċċa, li għal diversi snin kienet immexxija mill-Patrijiet Franġiskani Maltin, illum hija mmexxija mill-Patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Il-Kappillan attwali Fr Karm Borg, li huwa mgħejjun minn Fr. Domnic Cachia laqgħu lil Mons Isqof Grech u ppreżentawh lill-ġemgħa preżenti. Fl-omelija tiegħu Mons Isqof rrimarka li fil-ħajja spiritwali tagħna għandna nitħabtu biex lil Alla nadurawh fl-ispirtu u l-verità. Dan jgħinna biex ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u mal-qaddisin ma tkunx marbuta la ma’ post u lanqas ma’ persuna jew qaddis partikulari. B’dan il-mod l-adorazzjoni tagħna lil Alla u ċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieħ il-qaddisin ikunu espressjoni ta’ ħajja nisranija matura u awtentika.


