- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Mons Isqof Mario Grech itemm iż-żjara tiegħu fost il-Maltin u l-Għawdxin ta’ Detroit biex ikompli biż-żjara tiegħu fil-Kanada

Posted By admin On April 27, 2008 @ 6:53 am In 2008 | Comments Disabled

[1] [Show picture list]

The [2] Flash Player and [3] a browser with Javascript support are needed..

Il-Ġimgħa  25 ta’ April 2008 Mons. Isqof Mario Grech għalaq l-ewwel parti taż-żjara pastorali fl-Istati Uniti u l-Kanada b’quddiesa u dinner fil-Maltese-American Association Club f’Dearborn Detroit. L-Isqof ġie milqugħ  fis-sala taċ-Ċentru mis-Sur Paul Borg President tal-Club, minn Fr. Joe Mallia responsabbli mill-ħidma fost il-Maltin residenti f’Detroit, kif ukoll mill-Konslu Malti ta’ Detroit is-Sur Larry Zahra.
Fil-quddiesa li l-Isqof Grech ikkonċelebra flimkien ma’ diversi saċerdoti Maltin li huma impenjati pastorament fl-Arċidjoċesi ta’ Detroit, huwa ħeġġeġ  lill-emigranti dwar il-bżonn li jkunu xandâra tal-Bxara t-Tajba.  Meta Kristu bagħat lid-dixxipli biex ixandru l-Evanġelju, ma kienx qed jibgħat biss lis-saċerdoti imma lil kull min huwa mgħammed, inklużi l-lajċi. L-Isqof saħaq illi s-soċjetà Amerikana tistenna li l-emigranti Maltin jikkontribwixxu mhux biss għall-progress ekonomiku, politiku u kulturali, imma wkoll fil-progress spiritwali tal-pajjiż. Dan iseħħ jekk huwa jkunu xandâra tal-valuri evanġeliċi li huma jħaddnu. Wieħed mill-mezzi kif l-emigranti jgħaddu l-Evanġelju lill-ġenerazzjonijiet tal-lum huwa permezz ta’ “tradizzjoni orali” – billi huma stess ikunu katekisti ta’ wliedhom u sħabhom.

Fi tmiem il-quddiesa il-ġemgħa miġbura kantat l-innijiet nazzjonali ta’ Malta, tal-Kanada u ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Wara l-laqgħa tkompliet bid-dinner organizzat fl-istess lokal. Għal dan id-dinner attendew ’il fuq minn 200 ruħ. Mons. Isqof Mario Grech kellu l-opportunità li jiltaqa’ personalment ma’ dawk kollha preżenti. Fi tmiem id-dinner il-Maltin  membri tal-Club ippreżentaw donazzjoni sabiħa ta’ flus lil Monsinjur Isqof għall-ħtiġijiet tad-Djoċesi Għawdxija.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/04/27/mons-isqof-mario-grech-itemm-iz-zjara-tieghu-fost-il-maltin-u-l-ghawdxin-ta%e2%80%99-detroit-biex-ikompli-biz-zjara-tieghu-fil-kanada/

URLs in this post:
[1] [Show picture list]: http://gozodiocese.org/2008/04/27/mons-isqof-mario-grech-itemm-iz-zjara-tieghu-fost-il-maltin-u-l-gh
awdxin-ta%E2%80%99-detroit-biex-ikompli-biz-zjara-tieghu-fil-kanada/print/?page=888&show=gallery

[2] Flash Player: http://www.macromedia.com/go/getflashplayer
[3] a browser with Javascript support: http://www.mozilla.com/firefox/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.