Archive for March 31st, 2008
Iktar ritratti minn hawn
MARIJA: XANDÂRA TAT-TAMA
Omelija waqt iċ-ċelebrazzjoni “Is-siegħa ta’ l-Omm”
Santwarju Ta’ Pinu - Sibt il-Għid (22 ta’ Marzu 2008)
INĦARSU LEJN MIN NIFDU
Ħsieb ta’ l-omelija ta’ l-Isqof Grech waqt il-liturġija tal-Ġimgħa l-Kbira li saret fil-Katidral t’Għawdex.
IL-MIDLUKA BIŻ-ŻEJT TAL-FERĦ
Omelija fl-okkażjoni tat-tberik taż-Żjut Imqaddsa
Katidral - Ħamis ix-Xirka (20 ta’ Marzu 2008)
ŻEWĠ FERITI TAS-SOĊJETÀ: L-INJORANZA RELIĠJUŻA U D-DROGA 
Omelija f’jum it-tifkira tad-Duluri ta’ Ommna Marija
Pjazza Indipendenza, Rabat (14 ta’ Marzu 2008)
Fil-ħarga ta’ The Maltese Herald ta 1 ta’ April, Charles Spiteri jirraporta dwar iċ-ċelebrazzjoni “Is-siegħa ta’ l-Omm” li saret nhar Sibt il-Għid ġewwa is-Santwarju Ta’ Pinu. Il-ġurnalist Għawdxi jikteb ukoll artiklu dwar il-vari u l-purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira ġewwa iż-Żebbug.
Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2008, f’jum it-tifkira tad-Duluri ta’ Ommna Marija Santissima, Mons Isqof Mario Grech mexxa l-konċelebrazzjoni fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat, u għamel din l-omelija:
Marija Addolorata
Id-Duluri il-lejla tlaqqagħna flimkien, u bħalissa għaddejjin minn quddiem għajnejja d-diversi komunitajiet parrokkjali fil-Knisja tagħna li f’dawn l-mumenti huma kollha miġbura biex jiċċelebraw lil Marija fid-Duluri tagħha. Jien dan ninterpretah bħala att ta’ mħabba min-naħa ta’ kull wieħed u waħda minnha lejn il-Verġni Omm Alla u Omm tagħna; ninterpretah bħala xewqa biex nipparteċipaw fid-duluri ta’ Marija. Imma biex l-imħabba tagħna u t-tisħib tagħna fid-duluri ta’ Marija ikun f’postu, irridu nistaqsu għaliex Marija hija l-Addolorata.
Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 896. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.
| March 31, 2008 |
Knisja tal-Lunzjata, Victoria
| March 31, 2008 |
Festa Nazzjonali


