Nhar il-Ħadd 2 ta’ Marzu, Mons Isqof Mario Grech għoġbu jaħtar lil Dun Brian Mejlak bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Kerċem.
DUN BRIAN MEJLAK twieled fid-29 t’Awissu 1971 in-Nadur. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola primarja tan-Nadur u l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Beda l-formazzjoni tiegħu fis-seminarju maġġuri fil-1989 u għamel is-sena intermedjarja f’parroċċa fi Vjenna, fl-Awstrija.
Irċieva d-djakonat fl-24 ta’ Ġunju 1995 u ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Ġunju 1996.
Dun Brian għamel l-ewwel sentejn tas-saċerdozju tiegħu fil-parroċċa ta’ St. John Fisher ġewwa l-Kanada.


