Archive for March, 2008

PJAGI F’ĠISEM GLORJUŻ
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech waqt il-Funzjoni ta’ l-Acies, tal-Legion of Mary
Parroċċa Xewkija - 30 ta’ Marzu 2008

Continue reading >>

Il-kelma ta’ l-Isqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

gimghakbira3.jpgquddiesatazzejt3.jpgquddiesatazzejt4.jpgquddiesatazzejt6.jpg

Iktar ritratti minn hawn

MARIJA: XANDÂRA TAT-TAMA

Omelija waqt iċ-ċelebrazzjoni “Is-siegħa ta’ l-Omm”
Santwarju Ta’ Pinu - Sibt il-Għid (22 ta’ Marzu 2008)

INĦARSU LEJN MIN NIFDU

Ħsieb ta’ l-omelija ta’ l-Isqof Grech waqt il-liturġija tal-Ġimgħa l-Kbira li saret fil-Katidral t’Għawdex.

IL-MIDLUKA BIŻ-ŻEJT TAL-FERĦ

Omelija fl-okkażjoni tat-tberik taż-Żjut Imqaddsa
Katidral - Ħamis ix-Xirka (20 ta’ Marzu 2008)

ŻEWĠ FERITI TAS-SOĊJETÀ: L-INJORANZA RELIĠJUŻA U D-DROGA new_icons_17.gif

Omelija f’jum it-tifkira tad-Duluri ta’ Ommna Marija
Pjazza Indipendenza, Rabat (14 ta’ Marzu 2008)

1 ta’ April 2008

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarga ta’ The Maltese Herald ta 1 ta’ April, Charles Spiteri jirraporta dwar iċ-ċelebrazzjoni “Is-siegħa ta’ l-Omm” li saret nhar Sibt il-Għid ġewwa is-Santwarju Ta’ Pinu.  Il-ġurnalist Għawdxi jikteb ukoll artiklu dwar il-vari u l-purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira ġewwa iż-Żebbug.

 

ŻEWĠ FERITI TAS-SOĊJETÀ: L-INJORANZA RELIĠJUŻA U D-DROGA
Omelija f’jum it-tifkira tad-Duluri ta’ Ommna Marija
Pjazza Indipendenza, Rabat (14 ta’ Marzu 2008)

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2008, f’jum it-tifkira tad-Duluri ta’ Ommna Marija Santissima, Mons Isqof Mario Grech mexxa l-konċelebrazzjoni fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat, u għamel din l-omelija:

Marija Addolorata

Id-Duluri il-lejla tlaqqagħna flimkien, u bħalissa għaddejjin minn quddiem għajnejja d-diversi komunitajiet parrokkjali fil-Knisja tagħna li f’dawn l-mumenti huma kollha miġbura biex jiċċelebraw lil Marija fid-Duluri tagħha. Jien dan ninterpretah bħala att ta’ mħabba min-naħa ta’ kull wieħed u waħda minnha lejn il-Verġni Omm Alla u Omm tagħna; ninterpretah bħala xewqa biex nipparteċipaw fid-duluri ta’ Marija. Imma biex l-imħabba tagħna u t-tisħib tagħna fid-duluri ta’ Marija ikun f’postu, irridu nistaqsu għaliex Marija hija l-Addolorata.

Continue reading >>

Il-Hajja f’Għawdex - Marzu 2008

Il-Hajja f'Għawdex  Marzu 2008

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 896. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Continue reading >>

April 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Biex l-insara ma jaqtgħux qalbhom iħabbru bix-xiehda ta’ ħajjithom li l-Qawmien mill-mewt tal-Mulej huwa għajn ta’ tama u paċi.

Intenzjoni Missjunarja
Biex dawk li qed iħejju ruħhom għas-saċerdozju fil-missjonijiet jirċievu formazzjoni kulturali u spiritwali xierqa, li tgħinhom jevanġelizzaw il-pajjiżi tagħhom.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Għall-parrini ta’ dawk li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof biex jidħlu għal din ir-responsabilità bl-akbar ħeġġa spiritwali.

Nirċievu u nagħtu l-maħfra (Ċirkulari 5/2008)

armaisqofcirkulari.jpgĊirkulari 5/2008
English Version here

MARIO GRECH
GĦALL-GRAZZJA TA’ ALLA U
TAS-SEDE APOSTOLIKA
ISQOF TA’ GĦAWDEX

Nirċievu u nagħtu l-maħfra

Għeżież Ħuti fi Kristu,

Fil-bidu tar-Randan li għadda staqsejtkom xi tridu u x’qegħdin tfittxu fil-ħajja; ħeġġiġtkom biex tħallu l-Kelma t’Alla tkellimkom u ddawwalkom fuq dak li jiġri madwarna u ġo fina biex tiskopru x’qed tistennew mill-ħajja. Issa li qegħdin niċċelebraw l-Għid tal-Mulej, xi tweġiba rnexxilkom issibu għal dawn il-mistoqsijiet?

Continue reading >>

Fr Fabio Attard SDB maħtur Kunsillier għall-Pastorali maż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Salesjana

Continue reading >>