Published on February 26, 2008
in 2008.
B’niket inħabbru l-mewt tas-saċerdot Mons Anton Grech Vella, mill-parroċċa ta’ San Ġorġ. Mons Grech Vella miet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, illum it-Tnejn 25 ta’ Frar 2008, għall-ħabta tas-1.10a.m.
Mons Grech Vella twieled fit-30 ta’ Settembru 1917, u kien ordnat saċerdot fl-1 ta’ Awissu 1943.
Il-funeral tiegħu se jsir għada t-Tlieta, 26 ta’ Frar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, fil-5.00p.m. Mons Isqof Mario Grech ser imexxi l-quddiesa tal-funeral.
Nitolbukom toffru t-talb tagħkom b’suffraġju ta’ ħuna Dun Anton. RIP
Published on February 26, 2008
in 2008.
“Life is a journey … which path are you taking?” This was the main theme chosen for the Annual Lenten Weekend Retreat organized by the Gozo Diocesan Youth Commission which took place between Friday 15th and Sunday 17th February at the Manresa Retreat House. The retreat, led by Fr Eddie Vella from Għarb, focused on three particular calls: called to be a human being, a disciple and an apostle.
Continue reading >>
Published on February 24, 2008
in 2008.
English Version click here
Nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar 2008, it-tielet Ħadd tar-Randan, l-E.T. Mons. Mario Grech, isqof ta’ Għawdex, mexxa konċelebrazzjoni solenni fil-kolleġġjata u bażilika tal-Viżitazzjoni, fl-Għarb, li bdiet fl-4.00p.m., li fiha ta l-ministeru tal-Lettorat lil erba’ seminaristi tad-djoċesi li jinsabu fil-ħames sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, Victoria. Dawn huma Francesco Pio Attard u Simon M. Cachia mill-parroċċa ta’ San Ġorġ (Victoria), Noel Debono mill-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl (Nadur), u Maximillian Grech mill-parroċċa tal-Katidral ta’ l-Assunta (Victoria).
Il-Lettorat, li hu wkoll l-ewwel ministeru mogħti fil-formazzjoni lejn l-Ordni Sagri, hu l-mandat tal-Knisja biex wieħed jista’ jħabbar il-Kelma ta’ Alla fil-liturġija tagħha, fost l-oħrajn billi jkun lettur uffiċċjali waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Ir-rit ta’ l-għoti ta’ dan il-ministeru ngħata eżatt wara l-omelija.
Fl-omelija tiegħu l-Isqof ħa spunt mill-qari tal-ġurnata biex tkellem fuq l-għatx ta’ ħafna llum li, bħall-mara Samaritana li Ġesù ltaqa’ magħha ħdejn il-bir ta’ Ġakobb, ifittxu tweġiba għal ħajjithom fil-Kelma ta’ Alla, li l-Knisja għandha l-missjoni speċjali li xxandar bil-qawwa. Huwa qal li meta dawn l-erba’ seminaristi wieġbu ‘Hawn jien’, huma kienu qed joffru d-disponibiltà tagħhom li jkunu qaddejja tal-Kelma u li b’impenn u responsabiltà jagħtu xhieda tagħha quddiem dawk li għadhom ma għarfux lil Kristu jew għalkemm irċivew il-fidi baqgħu bogħod mit-tempju tiegħu. Din l-“iva” ta’ dawn l-erbgħa timla lill-Knisja bil-ferħ, u hi titlob għalihom biex jaqdu b’fedeltà din il-missjoni ġdida fdata lilhom. Bħal Mosè li ħabbat fuq il-blata biex joħroġ l-ilma bnin, hekk intom tridu tħabbtu fuq il-Kelma biex l-ewwel tagħmluha tagħkom u mbagħad twassluha lill-oħrajn”.
Mons. Isqof temm l-omelija tiegħu billi stieden lill-miġemgħa ta’ familjari, ħbieb u lajċi oħra minn bosta parroċċi, biex titlob għal iktar vokazzjonijiet saċerdotali qaddisa u li kulħadd għandu jħossu msejjaħ biex ikun xandâr tal-Kelma.
Published on February 23, 2008
in February.
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Frar, Mons Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fis-Santwarju ta’ Pinu fl-okkażjoni tal-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan u li fiha ngħata wkoll il-mandat lill-predikaturi ta’ l-Eżerċizzi tar-Randan. Mons Isqof għamel din l-omelija:
“Tilfu kull tama li jsalvaw”
Ir-rakkont li għadna kif smajna mill-Atti ta’ l-Appostli dwar in-Nawfraġju ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl fil-gżejjer tagħna, fost ħwejjeġ oħra jgħidilna li dawk li kienu fuq il-bastiment ma’ Pawlu tilfu kull tama li jsalvaw.
Continue reading >>
Bullettin ta’ Tielet Ħadd tar-Randan (Sena A)
Published on February 22, 2008
in 2008.
Nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar 2008 (it-tieled Ħadd tar-Randan) Mons Isqof Mario Grech ser jagħti l-ministeru tal-Lettorat lil erba’ seminaristi tad-Djoċesi ta’ Għawdex: Francesco Pio Attard u Simon M. Cachia mill-parroċċa ta’ San Ġorg, Maximilian Grech mill-parroċċa tal-Kattidral u Noel Debono mill-parroċċa tan-Nadur. Il-funzjoni se ssir waqt il-Quddiesa, fl-4.00pm, fil-parroċċa tal-Vizitazzjoni, Għarb.
Il-ministeru tal-lettorat huwa l-ewwwel ministeru li s-seminaristi jirċievu fit-triq tagħhom għall-ordinazzjoni saċerdotali. Fl-għoti ta’ dan il-ministeru, s-seminaristi jiġu msieħba fil-missjoni tax-xandir tal-Kelma ta’ Alla bħala letturi istitwiti.
L-insara tad-Djoċesi huma msejħa biex jitolbu għal-dawn iż-żgħazagħ u huma ukoll mistiedna jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.
Published on February 21, 2008
in 2008.
Nhar il-Ħadd 17 ta’ Frar wara nofs nhar, l-Isqof Mario Grech kellu laqgħa fraterna ma’ xi wħud mir-reliġjużi Maltin u Għawdxin li jinsabu fit-Art Imqaddsa. Uħud joqogħdu Ġerusalemm stess, waqt li tnejn waslu minn Betlem u soru oħra ġiet minn Nazaret. Fost dawk preżenti kien hemm Fr Aurelio Mulè Stagno SDB, Patri Noel Muscat OFM, Sr Mary Borg, Sr Tiburzia Cilia, Sr Fedelina Galea (Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù), Sr Maria Grech (Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija), Sr Carmen Farrugia (Sisters of Our Lady of Sion), Sr Josephine Barbara u Sr Patricia Crockford (Sisters of Saint Joseph).
Din il-laqgħa kienet parti minn pellegrinaġġ li Mons Isqof għamel fl-Art Imqaddsa bejn l-10 u t-18 ta’ Frar 2008.
Continue reading >>