Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) ghall-Quddiesa ta’ l-ewwel Gimgħa tax-Xahar fis-7 ta’ Marzu.
Din se titmexxa minn Dun Joseph Mercieca fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament għalihom. Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.


