Attivitajiet fl-okkażjoni tas-16-il Jum Dinji tal-Morda

jumdinjimorda.jpg

Programm ta’ Attivitajiet fl-okkażjoni tas-16-il Jum Dinji tal-Morda
mill-Ħadd 10 sal-Ħadd 17 ta’ Frar 2008

Fuq livell djoċesan

Ħadd 10 ta’ Frar Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – 09:30

Quddiesa fil-Kappella ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bis-sehem tal-Kappillani ta’ l-Isptar u tad-Delegat Djoċesan għall-pastorali sanitarja.

Mistiedna speċjali l-pazjenti, il-qraba, l-istaff mediku u paramediku. Fi tmiem il-quddiesa ssir purċissjoni ewkaristika u tingħata l-barka sagramentali fis-swali ta’ l-irġiel u tan-nisa.


Tnejn 11 ta’ Frar

Festa tal-Madonna ta’ Lourdes: Is-16-il Jum Dinji tal-Morda


Matul il-ġimgħa

Id-Delegat ta’ l-Isqof għall-pastorali sanitarja iżur d-Djar ta’ l-Anzjani f’Għawdex, u l-Anzjani residenti fl-Isptar il-Ġdid u Dar Sant’Anna.

Id-Delegat ta’ l-Isqof jiltaqa’ wkoll mal-Kumitati Parrokkjali responsabbli mill-kura pastorali tal-morda u l-anzjani fil-parroċċi tagħna. Għall-istess laqgħa jiġu mistiedna l-Ministri Straordinarji ta’ l-Ewkaristija u persuni li jikkuraw morda u anzjani fi djarhom.

Taħdita lill-istaff mediku u paramediku ta’ l-Isptar Ġenerali mid-Delegat ta’ l-Isqof għall-pastorali sanitarja.

Ir-Religious Counsellors fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji janimaw mumenti ta’ awareness dwar il-ħtiġijiet tal-morda u l-anzjani.

Ħadd 17 ta’ Frar Santwarju Madonna ta’ Pinu – 10:00

Quddiesa għall-anzjani u għal dawk li jaħdmu ma’ l-anzjani u morda bis-sehem tal-Kappillani ta’ l-Isptar Ġenerali.

Mistiedna speċjali l-operaturi sanitarji, il-Ministri Straordinarji ta’ l-Ewkaristija, il-Kumitati Parrokkjali Promozzjoni Umana, l-Organizzazzjonijiet non-Governattivi li jaħdmu mal-morda u l-anzjani f’Għawdex.

Fuq livell parrokkjali:

Ħadd 10 ta’ Frar

Fil-parroċċi tiġi organizzata Quddiesa għall-Morda u l-Anzjani fil-parroċċi fejn jiġi amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda

Fi tmiem il-quddiesa, l-Arċipriet/Kappillan jagħti l-“mandat” lis-saċerdoti biex imorru jamministraw is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda lill-morda li ma joħorġux.

Jingħata l-“mandat” lill-Ministri Straordinarji ta’ l-Ewkarsitija biex imorru jqarbnu l-morda u l-anzjani fi djarhom.

Proposti Pastorali:

Matul il-Ġimgħa tal-Morda jinħoloq aktar awarness dwar il-morda u l-anzjani tal-parroċċa:

  • fit-talb liturġiku, fl-adorazzjoni tal-Ħamis u fil-quddies ta’ matul il-ġimgħa jsir talb għall-morda u l-anzjani
  • fil-klassijiet tal-katekeżi tat-tfal u ta’ l-adolexxenti: jistgħu jsiru xi proposti jew ġesti konkreti bħal żjara lil xi anzjan jew jiġi mistieden anzjan jitkellem mat-tfal, isiru charts, eċċ.
  • tista’ tiġi ċċelebrata quddiesa għand il-morda fi djarhom bil-kollaborazzjoni tas-saċerdoti tal-parroċċa