Ejja…Fi ħdan Marija ssib lil Gesu’

Motto Ta' Pinu - 125 sena

Din is-sena infakkru l-125 sena mis-sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu lil Karmni Grima u lil Franġisk Portelli.

Il-motto magħzul għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huwa “Ejja… Fi ħdan Marija ssib lil Gesu’

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din it-tifkira, matul Frar 2008, fis-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu ser ikun hemm dawn l-attivatijiet.

Data Attivita'
2 ta' Frar Festa' tal-Preżentazjoni tal-Mulej.
Fl-4.00 p.m. Ċelebrazzjoni tal-Preżentazjoni tat-Trabi lil Madonna ta' Pinu minn Mons. Isqof Grech
2 ta' Frar Jum il-Persuni Kkonsagrati.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa ghall Persuni kkonsagrati
6 ta' Frar Ċelebrazzjoni tal-Bidu taż-żmien Qaddis tar-Randan
8 ta' Frar Pellegrinaġġ Penitenzjali Djoċesan lejn is-Santwarju Ta' Pinu
10 ta' Frar L-1 Ħadd tar-Randan. Fit-3.30 p.m. Via Sagra fuq l-Għolja ta' Għammar
11 ta' Frar Solennita' ta' L-Appostlu Missierna San Pawl. Jum il-Morda
13 ta' Frar 9.00 a.m. u 7.00 p.m. - Katekezi tar-Randan
17 ta' Frar It-2 Ħadd tar-Randan. Fit-3.30 p.m. Via Sagra fuq l-Għolja ta' Għammar
17 ta' Frar Quddiesa għall-anzjani u morda, u operaturi sanitarji fl-10:00 a.m.
20 ta' Frar 9.00 a.m. u 7.00 p.m. - Katekezi tar-Randan
24 ta' Frar It-3 Ħadd tar-Randan. Fit-3.30 p.m. Via Sagra fuq l-Għolja ta' Għammar
27 ta' Frar 9.00 a.m. u 7.00 p.m. - Katekezi tar-Randan