Archive for January 12th, 2008

Applikazzjoni għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex (Kinder 1 2008-2009)

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni u Kultura tal-Kurja ta’ Għawdex javża li ħarġu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fil-Klassi Kinder 1 għas-Sena 2008-2009. It-tifel jew tifla li se jiġu rreġistrati jridu jkunu twieldu fis-sena 2005.

Il-formuli ta’ l-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn hawn jew jinġabru mill-Kurja l-ġimgħa d-dieħla, jiġifieri it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa 7, 9 u 11 ta’ Jannar 2008 bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu. L-applikazzjonijiet jinġabru mingħand is-Soru fl-entratura tal-Kurja.

Il-formuli ta’ l-applikazzjoni, mimlija kif suppost u bid-dokumenti meħtieġa magħhom, iridu jiġu ppreżentati fil-Kurja l-ġimgħa ta’ wara, jiġifieri it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa 14, 16, 18 ta’ Jannar 2008 bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu.

Niżżel: Formula ta’ l-applikazzjoni

Marriage Investment Weekend

bible-w-rings.jpgIl-“Marriage Investment Weekend” huwa seminar ippjanat għal dawk il-koppji li jħossu l-ħtieġa li jiddedikaw ftit ħin biex jinvestu fir-relazzjoni tagħhom. Dan huwa importanti ħafna għax fil-ħajja mgħaġġla li ngħixu llum diffiċli nsibu biżżejjed ħin għar-relazzjoni tagħna bħala koppja miżżewġa.

Il-weekend huwa ppjanat biex jagħti ċ-ċans lill-koppja biex tipparteċipa f’taħditiet li huma mmirati biex jgħinu fil-bini u tisħiħ tar-relazzjoni tagħhom.

Il-koppji li jipparteċipaw għandhom l-opportunità li jgawdu atmosfera rilassanti u jużaw il-faċilitajiet eċċellenti li toffri l-lukanda fejn isir il-weekend.

Continue reading >>