Nhar il-Ħadd li għadda, 16 ta’ Diċembru, waqt li l-Knisja kienet qed tiċċelebra t-tielet Ħadd ta’ l-Avvent, Mons Isqof Mario Grech ta l-ministeru ta’ l-Akkolitat lil tliet seminaristi tad-djoċesi tagħna: Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard Farrugia, it-tlieta mill-parroċċa tax-Xagħra. Iċ-ċerimonja saret waqt Konċelebrazzjoni solenni fil-5.00pm fl-istess parroċċa tax-Xagħra.
Continue reading >>
Published on December 16, 2007
in 2007.
Fl-okkażjoni tal-50 Sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Munxar, li twaqqfet fit-12 ta’ Diċembru 1957, il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2007 Mons Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr. Matul il-quddiesa, hu wassal dan il-messaġġ:
Continue reading >>
Published on December 15, 2007
in 2007.
It-twelid ta’ Ġesù – aħbar ta’ ferħ veru għal kull bniedem
Il-Milied dalwaqt magħna! Madwari nara ħafna attività u tiżjin, li mingħajr ebda dubju joħloq ambjent ta’ ferħ u festa. Din hi x-xewqa li hemm fil-qalb tal-kotra f’dan iż-żmien. Ftit jiem ilu xi ħadd bagħatli kartolina tal-Milied u kitibli messaġġ li ġagħalni naħseb. Din il-persuna kitbitli li għaliha ż-żmien tal-Milied huwa żmien ta’ dwejjaq kbar. Faċli għal ħafna minna li f’dawn il-festi “niskru” bil-festeġġjamenti u ninsew li ħdejna u madwarna hawn individwi li f’dawn il-jiem jgħaddu minn tbatija kbira!
Min jistgħu jkunu dawn il-persuni? Huma dawk li tilfu lil xi ħadd mill-familjari tagħhom; huma xi ġenituri li jixtiequ jaraw lil uliedhom aħjar, imma kważi qatgħu qalbhom minnhom; huma aħwa li ma humiex jitkellmu ma’ xulxin; huwa dak iż-żagħżugħ li qed jassisti lill-maħbuba ta’ ħajtu fuq is-sodda tal-mard tagħha; huwa dak in-negozjant li għandu diffikultajiet finanzjarji kbar; hija dik il-mara ttraduta mill-persuna li tħobb; hija dik il-persuna li għandha dubji ta’ fidi, jew trid tinfatam mid-dnub tagħha imma ssib li hija inkapaċi. Filwaqt li ħafna jistennew li jasal il-Milied, din il-kategorija ta’ persuni li semmejt u oħrajn bħalhom jixtiequ “jħassru” din il-festa mill-kalendarju!
Continue reading >>
Published on December 15, 2007
in 2007.
Diċembru 2007
It-twelid ta’ Ġesù – aħbar ta’ salvazzjoni għal kull bniedem
Għeżież emigranti,
Il-Milied dalwaqt magħna! Dan hu żmien “speċjali”, mistenni minn tant u tant bnedmin. Is-sinjali esterni tat-tiżjin fit-toroq, fid-djar u fl-ibliet joħolqu ambjent ta’ ferħ u festa. Din hi x-xewqa profonda li hemm fil-qalb ta’ kull bniedem: li jħossu ferħan u maħbub, u għalhekk jista’ jagħmel festa.
Continue reading >>
Bullettin għat-Tielet Ħadd tal-Avvent (Sena A)
Bullettin - 16 ta’ Diċembru 2007
Fil-ħarga tal-gażżetta The Maltese Herald tal-11 ta’ Diċembru il-ġurnalist Għawdxi Charles Spiteri jirraporta dwar iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re li saret il-Ħadd 25 ta’ Novembru ġewwa r-Rabat, Għawdex.
Maltese Herald 11 ta’ Dicembru
Awtur: Tommy’s Window
Traduzzjoni: Francesco Pio Attard
Kontenut: Tifsira tal-ġrajja tal-Milied.
Niżżel: Il-Milied Veru
Published on December 8, 2007
in 2007.
Il-Prostituzzjoni
Il-bierah filgħaxija, il-Ħamis 6 ta’ Diċembru, l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, f’quddiesa pontifikali li mexxa fil-parroċċa tas-Siġġiewi fl-okkażjoni tal-festa liturgika ta’ San Nikola, wassal dan il-messaġġ
Continue reading >>