Solidarjetà ta’ l-Isqfijiet ma’ Dr. Alfred Sant

Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta u Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, il-bieraħ, l-Erbgħa, ittelefonaw lil Dr. Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Malta Labour Party, biex iwasslulu s-solidarjetà tagħhom u t-tama li l-intervent kirurġiku fuqu jirnexxi.

L-Arċisqof ta’ Malta u l-Isqof ta’ Għawdex qed jinżammu infurmati dwar il-qagħda ta’ Dr. Sant.

L-Isqfijiet iġeddu l-awgurju tagħhom li Dr. Sant ikollu fejqan sħiħ kmieni kemm jista’ jkun.

Il-Knisja turi s-solidarjetà tagħha ma’ Dr. Sant anke bit-talb.