Niżżel: Newsheet - Jannar 2008
L-EWWEL TA’ JANNAR
JUM IL-PAĊI
Is-suġġett tal-Messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għal dan il-Jum Dinji tal-Paċi 2008 huwa:
“IL-FAMILJA UMANA, KOMUNITA’ TA’ PAĊI”
Il-Papa fost ħwejjeg oħra qal “Kulma jgħin biex idgħajjef il-familja bbażata fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara, kulma jmur direttament jew indirettament, kontra l-ftuħ tagħha biex taċċetta b’mod responsabbli ħajja ġdida, kulma jfixkel id-dritt għar-responsabbilita’ primarja tagħha fl-edukazzjoni ta’ l-ulied, jikkostitwixxi ostaklu oġġettiv fit-triq tal-paċi. Mingħajr il-familja, is-soċjeta’ hija sempliċi aggregazzjoni ta’ ġirien u mhux komunita’ ta’ aħwa rġiel u nisa msejħa biex jiffurmaw familja kbira waħda.”
ĠIMGĦA TA’ TALB GĦALL-GĦAQDA TAL-INSARA
mit-18 sal 25 ta’ Jannar 2008
Is-suġġett ta’ din is-sena 2008 huwa: “ITOLBU BLA MA TIEQFU” (1 Tess,5,17)
Is-sena 2008 hija speċjali għaliex tfakkar il-mitt(100) sena Anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-Gimgħa ta’ Talb għall-Għaqda ta’ l-Insara. Din il-Gimgħa twaqqfet minn Father Paul Wattson Qassis Episkopaljna Franġiskan fil-U.S.A. li war sar kattoliku.
L-iskop ta’ din il-Ġimgħa ta’ Talb huwa:
-Biex nitolbu kif Kristu talab “Biex ilkoll inkunu ħaġa waħda”
-Biex nitolbu għall għaqda bejn l-insara kollha u hekk nieħdu sehem fil-ministeru ta’ Kristu
It-talb ta’ din il-ġimgħa huwa ikkonċentrat fuq il-parir ta’ San Pawl fl-ewwel ittra tiegħu lit-Tessalonkin kap5 Vers 17 “Itolbu bla ma tieqfu”
It-Tieni Sinodu t’Għawdex, fid-Digrieti 71b u 72 dwar din il-Ġimgħa ta’ Talb ghall-Għaqda ta’ l-Insara jgħidilna
“Għandha tkun imħeġġa bil-ħerqa kollha l-ħidma ekumenika ma’ ħutna l-Insara li ma humiex f’għaqda sħiħa mal-Knisja. Peress li meħtieġ ħafna t-talb, huma rrikmandati ħafna l-”Ġimgħat għall-Għaqda tal-Knejjes” li jsiru fil-paroċċi, kif ukoll is-servizz ekumeniku li għandu jsir għall-insqas darba fis-sena.
Huwa mixtieq li l-Kattoliċi jissieħbu ma’ l-aħwa mifrudin minna sabiex jagħmlu talb lil Alla fi kwalunkwe ħtieġa komuni li fiha jistgħu u għandhom jikkoperaw flimkien, per eżempju sabiex jissaħħu l-paċi fejjieda u l-ġustizzja soċjali. Il-Karita’ reċiproka fost il-bnedmin, id-dinjita’ tal-familja u ħwejjeġ bħal dawn.
FESTA TA SANT’ ANTON ABBATI FIX-XAGĦRA
IL-HADD 20 TA’ JANNAR 2008
Nhar il-Ħadd, 20 ta’ Jannar ser issir il-Festa ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xagħra. Fit-3.30 p.m quddiesa Konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex fil-Knisja Bazilika tax-Xagħra u wara fl-4.30 p.m. purċissjoni mill-Knisja tal-Paroċċa għal Sant’Anton fejn fil-Pjazza ta’ Sant’Anton l-Isqof ibierek l-annimali. Kulħadd mistieden.
Ghall iktar dettalji nizzel in-newsheet minn hawn