Archive for December 28th, 2007

Jannar 2008

Niżżel: Newsheet - Jannar 2008

L-EWWEL TA’ JANNAR
JUM IL-PAĊI

Is-suġġett tal-Messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għal dan il-Jum Dinji tal-Paċi 2008 huwa:

“IL-FAMILJA UMANA, KOMUNITA’ TA’ PAĊI”

Il-Papa fost ħwejjeg oħra qal “Kulma jgħin biex idgħajjef il-familja bbażata fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara, kulma jmur direttament jew indirettament, kontra  l-ftuħ tagħha biex taċċetta b’mod responsabbli ħajja ġdida, kulma jfixkel id-dritt għar-responsabbilita’ primarja tagħha fl-edukazzjoni ta’ l-ulied, jikkostitwixxi ostaklu oġġettiv fit-triq tal-paċi.  Mingħajr il-familja, is-soċjeta’ hija sempliċi aggregazzjoni ta’ ġirien u mhux komunita’ ta’ aħwa rġiel u nisa msejħa biex jiffurmaw familja kbira waħda.”

Continue reading >>

Solidarjetà ta’ l-Isqfijiet ma’ Dr. Alfred Sant

Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta u Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, il-bieraħ, l-Erbgħa, ittelefonaw lil Dr. Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Malta Labour Party, biex iwasslulu s-solidarjetà tagħhom u t-tama li l-intervent kirurġiku fuqu jirnexxi.

L-Arċisqof ta’ Malta u l-Isqof ta’ Għawdex qed jinżammu infurmati dwar il-qagħda ta’ Dr. Sant.

L-Isqfijiet iġeddu l-awgurju tagħhom li Dr. Sant ikollu fejqan sħiħ kmieni kemm jista’ jkun.

Il-Knisja turi s-solidarjetà tagħha ma’ Dr. Sant anke bit-talb.