- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Dicembru 2007

Posted By admin On November 27, 2007 @ 11:55 pm In Newsheets | Comments Disabled

FESTA TAL- KUNĊIZZJONI IMMAKULATA

Is-Sibt, 8 ta’ Diċembru 2007

Nhar Is-Sibt, 8 ta’ Diċembru 2007, hija s-solennità tat-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija. Kull għaqda , Moviment u Grupp Ekkleżjali għandu jħeġġeġ lill-membri tiegħu biex jiċċelebraw dan il-jum b’qima kbira permezz tal-quddies, tas-smiegħ tal-Kelma t’Alla u tat-tqarbin; kif ukoll b’talb ieħor speċjalment permezz tar-Rużarju Mqaddes u b’xi opra tal-ħniena ma’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn tal-għajnuna spiritwali u materjali.

LEĠJUN TA’ MARIJA

Il-Ħadd, 2 ta’ Diċembru

Laqgħa Ġenerali Annwali għall-membri kollha tal-Leġjun ta’ Marija fiċ-Ċentru ta’ Kana, Victoria fl-4.00p.m. Iwassal messaġġ l-E.T.Mons Mario Grech Isqof t’Għawdex.

L-Erbgħa, 19 ta’ Diċembru

Carol Service għar-residenti barranin ta’ kull denominazzjoni organizzat mil-Leġjun ta’ Marija fil-parroċċa tax-Xewkija li jibda fis-7.00p.m. L-E.T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex iwassal messaġġ li dawk preżenti.

NOVENA TAL-MILIED

Sibt, 15 ta’ Diċembru, 2007

Nhar is-Sibt, 15 ta’ Diċembru, 2007 tibda in-Novena bi tħejjija għall-Milied. Ejjew nagħmluha bi spirtu qawwi u ħeġġa nisranija.
Dawk kollha responsabbli mill-Għaqdiet, Movimenti u Gruppi oħra Ekkleżjali jagħmlu mezz li l-laqgħat tal-grupp tagħhom ma jkunux fl-istess ħinijiet tan-Novena u funzjonijiet oħra li ssiru fil-Knisja biex il-membri tagħhom ikunu jistgħu jattendu għan-Novena li jsiru fil-Parroċċi u fi Knejjes oħra.

GRAZZI LIL KULĦADD

Inroddu ħajr lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom matul din is-sena 2007 biex din in-‘Newsheet’ tal-Għaqdiet Kattoliċi tasal u tinqara kull xahar fil-laqgħat kif ukoll tintuża mill-Mass Media.

Nixtiequ nagħtu l-awguri sinċieri tagħna tal-Milied Qaddis

u

Sena Ġdida 2008 mimlija risq , barka u ħidma fil-Mulej li ġej.

 

Għal iktar informazzjoni niżżel id-dokument minn [1] hawn.

 

 


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2007/11/27/newsheet-tal-ghaqdiet-kattolici-dicembru-2007/

URLs in this post:
[1] hawn: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2007/11/newsheetdicembru2007.pdf

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.