- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Id-Djoċesi ta’ Għawdex tiċċelebra l-Jum Universali tat-Tfal

Posted By admin On November 27, 2007 @ 8:51 am In Press Releases | Comments Disabled

[1] jumtfal2007.jpg

Nhar it-Tlieta 20 ta’ Novembru 2007 madwar id-dinja ġie ċċelebrat ‘Jum it-Tfal’. F’din l-okkażjoni, xi membri tal-Kunsill tat-Tfal tad-Djoċesi ta’ Għawdex żorna l-iskejjel primarji tal-Knsija u għamilna lezzjoni lit-tfal tar-raba’ klassi. Aħna qsamnihom f’diversi workshops u permezz ta’ loghob u stampi għenna lit-tfal jifhmu li fid-dinja hawn tfal daqsna li qed ibatu ħafna għax ma ghandhomx skejjel, sptarijiet, ikel u paċi bħalma għandna aħna. Fakkarnihom li Ġesù meta kien għajjien xorta waħda laqa’ għandu lit-tfal li ġew ħdejh. Il-messaġġ li xtaqna nwasslu kien li anke llum Ġesù jrid jilqa’ lit-tfal tad-dinja kollha ghandu – imma jrid li aħna nghinuh billi ma ngergrux, ma naħlux, u naqsmu l-ġid taghna ma’ l-oħrajn.

Din kienet esperjenza sabiħa ħafna għalina l-istudenti li għal ġurnata konna “għalliema”, u naħseb li kienet esperjenza sabiħa wkoll għal dawk it-tfal li magħhom ltqajna.

Joseph Masini
(Membru, Kunsill tat-Tfal)


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2007/11/27/jum-universali-tat-tfal-2007/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/kunsill-tfal/jumtfal2007.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.