- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Inawgurat Multi-Sensory Studio gdid

Posted By admin On May 7, 2007 @ 3:03 pm In Press Releases | Comments Disabled

Segretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Socjali
Kurja ta’ l-Isqof,
Ghawdex
Tel. 21556661

INAWGURAT MULTI-SENSORY STUDIO GDID

Nhar il-Gimgha fl-Arka Respite Centre, Mons Isqof  Mario Grech inawgura Sensory Studio gdid biex jintuza minn persuni b’dizabilita. Dan l-istudio kien sponsorjat mill-Vodafone Foundation. Is-Sinjura Gemma Mifsud Bonnici, f’isem il-Vodafone Foundation kixfet lapida ta tifkira.

F’din l-okkazzjoni, Mons Isqof Grech ghamel dan il-messagg:

“Meta llum il-gurnata s-socjeta qed issir aktar konxja mid-drittijiet tal-bniedem, anke jekk huwa fatt li hemm minn jallega li hemm drittijiet fejn ma hemmx, huwa ta sodisfazzjon li llum qeghdin ninawguraw dan il-“Multi-Sensory Studio” biex hekk nirrispettaw lil persuni b’dizabilita li ghandhom dritt ghal ghajnuna biex possibilment jghixu hajja normali. Fir-rigward ta persuni b’dizabilita, is-socjeta ma taghmilx karita, imma hija fid-dmir li tikkontribwixxi biex dawn il-persuni jkollhom l-opportunita li jizvillupaw il-potenzjal taghhom biex huma stess imbaghad ikunu jistghu jiehdu sehem aktar fil-hajja ordinarja.

Nosserva li dan il-progett huwa frott ta esperjenza tà Knisja, fis-sens li dan l-istudio twettaq bil-kooperazzjoni ta hafna persuni, lkoll membri ta kommunita ekklesjali, Dawk kollha li taw il-kontribut taghhom – il-Vodafone Foundation, id-direzzjoni ta l-Arka Respite Centre, l-ghadd sabieh ta voluntarji etc, - ikkontribwew biex bhala komunita nisranija setghu jirrealizzaw dan il-progett b’servizz lil ahwa. Dan huwa progett li juri kemm l-ghaqda fil-komunita tista taghmel hwejjeg meraviljuzi.

Bis-sahha ta dan il-progett, persuni b’dizabilita jistghu jizvillupaw il-kapacita sensorjali taghhom u hekk jiksbu sensibilita li ma kellhomx qabel. Irridu noqghodu attenti biex filwaqt li hadna dan l-impenn biex nagevolaw is-sensibilita fizika f’dawn il-persuni, ma nitraskurawx dimensjonijiet ohra, forsi aktar profondi bhalma hija li jkunu mahbuba, rispettati etc, li dwarhom huma diga sensibli hafna dawn l-istess persuni.  Ghax jekk jigri dan, il-progett li qed ninawguraw illum ma jaghmilx sens.

Ghalhekk filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom biex dan il-progett sar realta, nappella biex dawn it-tlett valuri li semmejt: [a] ir-rispett lejn id-drittijiet tal-persuni; [b] it-tishih ta l-ispirtu komunitarju; [c] l-attenzjoni ghas-sensibilita tal-persuna shiha – ikun mharsa u promossi.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2007/05/07/inawgurat-multi-sensory-studio-gdid/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.