Pellegrinagg Djocesan lejn il fdalijiet tal-Beatu Ġorg Preċa

Segretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Socjali
Kurja ta’ l-Isqof , Victoria
Ghawdex, Malta.
Tel. 21556661

Lill: Media Kollha
Minn: Anton Refalo
Data: 16 ta’ April 2007

PELLEGRINAGG DJOCESAN LEJN IL-FDALIJIET

TAL-BEATU GORG PRECA

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Mejju 2007, l-E.T. Mons Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, ser imexxi pellegrinagg djocesan lejn il-fdalijiet esposti tal-Beatu Gorg Preca, fundatur tas-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M.  Dan il-Pelegrinagg qed isir fl-okkazjoni tal-festa Liturgika tal-Beatu Gorg Preca, f’gheluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Socjeta’ Muzewmina, kif ukoll bi preparazzjoni ghall-Kanonizazzjoni ta’ l-ewwel qaddis Malti, nhar it-3 ta’Gunju fil-Belt tal-Vatikan mill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI.

Tluq mal-vapur ta’ l-4.00 p.m.  Meta naslu fil-Kappella nkunu nistghu nitolbu hdejn il-fdalijiet ta’ Dun Gorg li ser ikunu esposti ghall-pubbliku f’din l-okkazjoni specjali.  Fis-6.30p.m. Koncelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons Mario Grech, fil-Kappella tal-Blata l-Bajda.

Biljetti jinkisbu mic-Centri tal-M.U.S.E.U.M. u mill-Ufficcji Parrokjali ta’ Ghawdex.