Celebrazzjoni ta’ Ringrazzjament F’Gheluq Snin Mons Isqof Emeritus Nikol G. Cauchi

Segretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Socjali
Kurja ta’ l-Isqof , Victoria
Ghawdex, Malta.
Tel. 21556661

Lill: Media Kollha
Minn: Anton Refalo
Data: 1 ta’ Marzu 2007

CELEBRAZZJONI TA’ RINGRAZZJAMENT LIL ALLA F’GHELUQ SNIN MONS ISQOF EMERITUS NIKOL G. CAUCHI.

F’nota li hareg mill-Kurja Djocesana, Mons Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex  ghall-okkazjoni ta’gheluq snin l-Isqof Emeritus Mons Nikol G. Cauchi li fit-2 ta’ Marzu jaghlaq 78 sena, irodd  hajr lil Alla tad-don u tal-hidma li l-Isqof Nikol Cauchi wettaq tul it-38 sena ta’ hidma episkopali.

 

F’isem id-Djocesi kollha u f’din il-gurnata specjali, Mons Isqof Mario Grech jistieden lil insara kollha tad-Djocesi biex jinghaqdu madwar il-persuna ta’ Mons Cauchi biex jirringrazzjawh tal-hidma tieghu kif ukoll biex jitolbu ghalih halli l-Mulej jieqaf mieghu u jkompli jkun ta’ servizz fid-Djocesi taghna.

Fl-ahharnett Mons Isqof Mario Grech jappella lill-insara tad-djocesi  biex ghada l-Gimgha 2 ta’ Marzu jissiehbu mieghu f’quddiesa ta’ radd il-hajr li Mons Isqof Nikol Cauchi ser jiccelebra  flimkien ma’ Mons Isqof  Mario Grech u numru ta’ qassisin Ghawdxin. Ghal din il-quddiesa li ser issir fil-Knisja tar-Raghaj it-Tajjeb u li tibda fis-6.00 p.m. huma mistiedna l-insara kollha tad-Djocesi