Nomini Ġodda Fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Segretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Soċjali
Kurja ta’ l-Isqof , Viċtoria
Ghawdex, Malta.
Tel. 21556661

Lill: Media Kollha
Minn: Anton Refalo
Data: 27 ta’ Frar 2007

NOMINI ĠODDA FID-DJOĊESI TA’ GĦAWDEX

Mons Isqof Mario Grech ħatar lil DUN ĊHARLES SULTANA MA mill-parroċċa tax-Xagħra bħala Segretarju tiegħu u bħala Vigarju Parrokkjali tal-parroċċa ta’ San Lawrenz, b’effett minn nhar l-Erbgħa  21 ta’ Frar 2007.

Dun Charles Sultana twieled fis-27 ta’ Novembru 1978 u ġie ordnat saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 2003, wara li temm il-kors ta’ formazzjoni fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex, fejn kiseb il-Baċellerat fit-Teoloġija mill-Università Angelicum ta’ Ruma. Wara l-ordinazzjoni tiegħu għadda l-ewwel sena jservi fil-parroċċa ta’ Jesus Crucifiċado, Jalapa, il-Gwatemala flimkien mal-missjunarju Għawdxi Dun Anton Greċh. Imbagħad mar jistudja il-Pastoral Counselling fl-Università ta’ Fordham fil-Bronx, New York fejn kiseb il-Masters. Fiż-żmien li ghamel fi New York hu serva fil-Parroċċa ta’ St. Mary’s, f’Manhasset.

Mons Isqof Mario Grech ħatar lil DUN MANWEL MAGRO PHD, MSLS bħala iċ-chaplain tal-Komunita’ Kattolika Ingliża residenti f’Għawdex. Dun Manwel hu d-delegat ta’ l-Isqof Grech għall-Katekeżi, membru ta’ l-Equipe pastorali tad-Djoċesi ta’ Għawdex, u leċturer fl-Universita’ ta’ Malta.