- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Festa San Pawl 2007

Posted By admin On February 10, 2007 @ 2:50 pm In Press Releases | Comments Disabled

Segretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Soċjali
Kurja ta’ l-Isqof , Victoria
Għawdex, Malta.
Tel. 21556661

Lill: Media Kollħa
Minn: Anton Refalo
Data: 10 ta’ Frar 2007

Il-Knisja lokali llum fin-nawfragju ta’ San Pawl fil-gzejjer tagħna toffrilna okkazjoni biex nagħmlu meditazjoni importanti fuq temi li għandom relevanza nazzjonali. Dan ħu li nixtieq nagħmel magħkom, ħekk kif imnebbaħ miċ-ċirkostanzi ta’ llum.  It-tradizzjoni tgħidilna li l-Appostlu San Pawl qabel telaq minn Malta wara li għadda fostna tlett xħur, ħallielna lil Publiju bħala Isqof tal-Knisja ta’ pajjizna.  Dan il-fatt, anke kieku mhux imsaħħaħ bit-tradizzjoni, huwa imsaħħaħ bil-passi ta’ San Pawl. Tant huwa hekk illi naqraw fl-Atti ta’ l-Appostli  illi f’kull kommunita, wara li kien jgħammed u jigbor flimkien il-kommunita nisranija kien iħallilhom il-presbiteri jigifieri kien isejjaħ lil xi uħud mill-irgiel u jafdalhħom il-ministeru presbiterali-fi kliem ieħor kien jagħmilħom saċerdoti.  U għalħekk jiena ma’ naħsibx li nkunu nizbaljaw jekk f’din iċ-ċirkostanza ta’ llum, aħna nroddu ħajr lil Alla illi bil-migja ta’ Pawlu fostna, ħuwa mħux biss ħallielna lil Publiju bħala Isqof imma ukoll talli madwaru bħala kollaboraturi tiegħu ħallielna l-presbiteri.

Jien nħoss li f’din il-gurnata, din ir-riflessjoni dwar is-saċerdozju u dwar il-prezenza tal-presbiteru fil-kommunita nisranija, għanda tkun tema biss ta’ l-Isqof imma tagħna lkoll u tal-Knisja kollħa f’pajjizna.  Forsi aħna, għadna ma ndunajniex x’inħu l-valur tas-saċerdot u ma’ ħassejniex x’ifisser  tkun mingħajr prezenza tas-saċerdot għaliex sa llum  il-grazzja ta’ Alla kienet kotrana, imma x’ser jigri l-quddiem ma’ ħux muri lilna, għalkemm għandna indikazzjonijiet li rridu nagħtu kazħom. Nixtieq li l-kawza tal-vokazzjonijiet saċerdotali tkun għal qalb ta’ kull wieħed u waħda minnħa. U dan ifisser li mill-kbir saz-zgħir għadna nħossuna lkoll fid-dmir illi naħdmu biex ikollħna ambjent li fiħ dik is-sejħa li jagħmel Alla, tigi mgħarfa, issib qalb li tilqagħħa u mħux biss tilqagħħa imma ukoll ixxetilħa, tikber u tagħti l-frott.

‘Għal ħafna jiem il-qamar u l-kwiekeb ma’ deħrux.. konna tlifna kull tama li nsalvaw’.

Minn liema tip ta’ saċerdozju qegħdin nitkellmu? Ħemm sentenza fl-Atti ta’ l-Appostli li nqrat il-lejla li lili tagħtini ħafna dawl. Jgħidilna l-Atti ta’ l-Appostli li l-baħrin kienu qatgħu qalbħom, il-baħar kien qawwi gmielu, ix-xemx u l-kwiekeb kienu nħbew, imma imbagħad jidħol Pawlu u jgħid li dawk li kienu miegħu fuq il-gifen:  ‘Għamlu l-qalb għax deħrli l-anglu ta’ Alla li tiegħu jien u lilu nqim’ .  F’dawn l-erba’ kelmiet jiena nilmaħ il-vokazzjoni tiegħi u l-vokazzjoni tagħna għeziez saċerdoti u seminaristi. Jien nilmaħ dak li rridu naħdmu għaliħ biex ikollna Knisja sinjura bil-prezenza tal-presbiteri.

‘Deħerli anglu ta’ dan Alla li tiegħu jien u lilu nqim’

Il-presbiteru ħuwa dak illi jrid ikollħu l-kuragg li kellħu Pawlu li jgħid: ‘Dak Alla li jien tiegħu’.  Ħuwa veru  li ommi u missieri nissluni għall-ħajja, li trabbejt f’familja u kbirt f’kommunita partikulari imma jien ma jien ta’ ħadd minn dawn, ħlief ta’ Alla. San Pawl, kien iħossħa din il-ħaga, tant li fl-ittra lil Fillipin juza frazi qawwija: ‘Jiena l-maħtuf ta’ Kristu-Kristu ħatafni biex nkun tiegħu’.  Filwaqt li dan ħuwa l-impenn tagħna għeziez ħuti fis-saċerdozju , nħeggeg lil kommunita nisranija u anke lil kommunita djoċesana biex tgħinuna ħalli nkunu ta’ Alla u ta’ Alla biss. L-unika alleanza li aħna għadna, ħija alleanza ma’ Alla. Aħna sħab fil-patt il-gdid li waqqaf Kristu.  Naf li m’iniex ngħid affarijiet  tad-dinja u li mħumiex ħfief għalina pero l-grazzja t’Alla tagħmel kollox. Din kienet il-konvinzjoni ta’ Pawlu u għanda tkun il-konvinzjoni tagħna.

Għeziez ħutna, itolbu għalina biex aħna nkunu ta’ Alla u biex nkunu ta’ servizz f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla. Għenuna biex ma’ nitbegħdux minn din il-vokazzjoni u biex nħallu lilna nfusna li nsiru l-posessjoni ta’ Alla: biex nħossuna maħtufin minn Kristu.  Din ħija l-vokazzjoni tas-saċerdot li jqim lil Alla minn tlugħ ix-xemx sa nzulħa. L-apostolat prinċipali tas-saċerdot ħuwa li ikun il-ministru ta’ Alla li ħajtu kollħa tkun att ta’ adorazzjoni: att  kontinwament fil-prezenza ta’ Alla biex aħna ngħinu lilkom biex tqimu lil Alla.  Veru li aħna s-saċerdoti għandna l-fiduċja tagħkom u din il-fiduċja tissaraf għax titolbu minna diversi servizzi imma f’dan kollħu għadna niftakru li dawn is-servizzi m’għandom qatt ifixkluna f’din id-dimensjoni ħekk importanti li aħna nagħtu qima lil Alla u li aħna nkunu ministri tal-kult li jesprimi il-qima tagħna u tagħkom lil Alla. Nitlob lilkom għeziez nsara biex tgħinuna nkunu rgiel tat-talb  li nistagħnew fil-ħajja tat-talb. Għinuna ħalli nsibu l-ħin biex nitolbu u biex it-talb publiku u liturgiku tagħna ikun talb li verament jiftieħem u li jagħmel sens, talb li joħrog bħal fwieħa u bħala nċens ifuħ u jitla quddiem Alla. Dak li lilna jfixxkilna mill-ħajja tat-talb m’ħemm’x  postu. Meta l-appostli ta’ l-ewwell zminijiet sabudiffikulta biex ikunu dawk li jqimu lil Alla u ixandru l-kelma qallu:  Ħa nagħmlu d-djakni biex ikunu ħuma li jieħdu ħsieb l-qadi ta’l-imwejjed u biex jieħdu ħsieb ir-romol’.

‘Kieku smajtu minni… kontu teħilsu minn din il-ħsara u t-telf’

It-tielet aspett tal-Vokazzjoni saċerdotali ħuwa li nwasslulkom dak li jwasslilna l-anglu tal-Mulej: li aħna nisimgħu, nirċievu u nagħmlu dixxerniment ta’ x’irid Alla minna u dan ngħadduħ lilkom. Fi kliem ieħor nkunu saċerdoti mkissrin fil-kelma ta’Alla u li din il-kelma wara li nkunu għomodnija, nwassluħa lilkom.  Din il-kelma għanda ddawwal kull aspett tagħna l-bnedmin u għalħekk jidwu f’widnejja dak li jgħid Pawlu f’dak il-lejl qabel ma l-gifen tiegħu tfarrak fuq xtutna:  ‘Ħbieb kien imisskom smajtu minn dak li għidtilkom jien .. u ħekk ma’ kienitx tigrilkom din il-ħsara u t-telf’. Kieku aħna bħala saċerdoti nkunu tant konvinti minn x’irid Alla minna, nkunu nistgħu ngħidulkom: Kieku smajtu minn dak li ried jgħidilkom Alla permezz tagħna,kieku ħafna gwaj evitajnieħ.

Għalfejn qiegħed ngħid dan kollħu, maħbubin tiegħi? L-ewwelnett biex nrodd ħajr lil Alla talli għamilni Isqof tal-Knisja f’din id-djoċesi li ħija mzejjna b’għadd sabiħ ta’ saċerdoti bħal dawn li ħawn madwari. Dan ma’ jfissirx li s-saċerdoti tagħna kollħa m’għandħom’x  xi difett u li sfortunatament ħawn min dan id-difett jipprova jonfħu u jipprogettaħ tħat il-lenti. Imma jien ngħidilkom li għadna saċerdoti tajjbin. U dan ħuwa kollu frott tagħkom.   Il-fidi tagħna s-saċerdoti kibret u immaturat fl-esperjenza ta’ Knisja li għamilna  magħkom, kif sfortunatament jista’ jkun ħemm min jitlef il-vokazzjoni teigħu għax ma’ jsibx dan l-ambjent fil-familja u fil-kommunita.

Il-lejla għadna tlett seminaristi mill-kommunita tax-Xagħra li ser jirċievu l-ministeru tal-lettorat, tappa fil-mixja  li titlob dixxerniment ħalli flimkien nagħrfu x-inħi s-sejħa tagħkom u naslu f’jum li fiħ naċċetawkom għall-presbiterat. Qed ngħidilkom dan biex mill-lum intom u sħabkom fis-Seminarju tkomplu timpenjaw ruħħkom biex dak li qal Pawlu tkunu tistgħu tgħiduħ intom; ‘Aħna tiegħu , lilu nqimu u rridu nwasslu lilkom, lil Knisja u lid-dinja l-kelma ta’ Alla’.  Id-dinja għanda bzonn ta’ profeti li jitkellmu f’isem Alla. U allura napprezza lilkom, lil familji tagħkom ħawn prezenti u l-ħidma ta’dawk kollħa li jaħdmu fis-Seminarju b’tant ħegga u dedikazzjoni.

Ċirkustanza oħra  li wasslitni biex f’din iċ-ċelebrazzjoni ta’ l-appostlu missierna San Pawl, nitkellem dwar is-saċerdozju ħija għaliex tlift saċerdot. Għadni gej minn Turin fejn kellħi l-grazzja li nkun ħdejn wieħed minn ħutna s-saċerdoti-Dun Guzepp Galea mill-kommunita tal-Fontana. Ħuwa saċerdot li għadda tlettin sena l-bogħod minn Għawdex u mill-għeziez tiegħu biex jaqdi l-Knisja f’Turin. Il-Kardinal  ta’ Turin li ftit wara li miet Dun Guzepp gie u limkien tlabna t-talba tar-ruzarju ma’ saċerdoti oħra, qalli kliem li jibqa stampat fil-qalb u l-moħħ ta’ missier li kellħu wieħed minn uliedu l-bogħod.

Dun Guzepp ried jibqa jaqdi l-Knisja fit-tbatija. Meta jien tkellimt miegħu u staqsejtu; ‘ Dun Guzepp trid nieħdok miegħi lejn Għawdex’, ħuwa qalli: ‘Le rrid nibqa mall-poplu tiegħi’. Dawn ħuma s-saċerdoti tagħna. Dan ħuwa l-gawhar tiegħi u tagħkom u li ħadd ma’ jgħidilkom biħom.

Il-lejla rrid nagħmel talba lil Alla ħalli l-Knisja tagħna tkompli tistagħna b’għadd ta’ vokazzjonijiet saċerdotali, ħalli nkunu nistgħu nagħtu servizz mħux biss lilkom imma lil Knisja kollħa.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2007/02/10/festa-san-pawl-2007/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.