Nru. 418/2002
NIKOL ĠUŻEPPI CAUCHI
GĦALL-GRAZZJA TA’ ALLA U
TAS-SEDE APOSTOLIKA
ISQOF TA’ GĦAWDEX
Lill-Wisq Rev.di Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Saċerdoti, Superjuri Reliġjużi u Lajċi Nsara.
Is-sena d-dieħla tagħlaq 40 sena l-Enċiklika Pacem in Terris maħruġa mill-Beatu Ġwanni XXIII, fil-11 ta’ April 1963. Din l-Enċiklika li tittratta dwar il-paċi fid-dinja, hija mqassma f’ħames partijietġ l-ewwel parti titkellem dwar l-ordni fost il-bnedmin cioè dwar il-jeddijiet u d-dmirijiet li għandu kull bniedem bħala persuna umanaġ it-tieni parti hija dwar ir-relazzjonijiet li għandu jkun hemm fi ħdan l-Istat, bejn l-individwi u l-awtoritajiet pubbliċiġ it-tielet parti titkellem dwar ir-relazzjoni ta’ l-istati u l-gvernijiet diversiġ u r-raba’ parti hija dwar ir-relazzjoni bejn il-komunità dinjija minn naħa waħda, u l-individwi u l-komunitajiet politiċi minn naħa l-oħra. Il-ħames u l-aħħar taqsima tagħtina xi eżortazzjonijiet pastorali, bħal ma huma t-tagħlim dwar is-sehem fil-ħajja pubblika, r-relazzjoni bejn il-kattoliċi u dawk li m’humiex, l-edukazzjoni għall-paċi, il-koeżistenza tal-familja umana fil-verità, fil-ġustizzja, fl-imħabba u fil-libertà.
Il-Papa Ġwanni Pawlu II fil-messaġġ tiegħu għal Jum il-Paċi 2003, fakkarna f’dan l-avveniment tar-rikorrenza ta’ l-40 sena mill-pubblikazzjoni tal-Pacem in Terris u tana wkoll xi twissijiet tiegħu.
Wara li semma l-erba’ pilastri tal-paċiġ il-verità, il-ġustizzja, l-imħabba u l-libertà il-messaġġ tal-paċi ta’ Ġwanni Pawlu II jfakkar li t-triq tal-paċi tikkonsisti fid-difiża u l-promozzjoni tal-jeddijiet bażiċi li għandha kull persuna. Il-Papa imbagħad jafferma li biex ikun hawn ordni u sliem jeħtieġ li dawn ikunu mibnija fuq prinċipji morali u jkompli jgħid “il-problema tal-paċi ma tistax tiġi mifruda mill-kwistjoni tad-dinjità umana u l-jeddijiet umani. Dik hija waħda mill-veritajiet permanenti li tgħallem il-Pacem in Terris li aħna nagħmlu sewwa jekk niftakruhom u nirriflettu fuqhom f’dan l-erbgħin anniversarju.”
Inħoss li għandi nesprimi x-xewqa li matul is-sena li ser nibdew inżommu iktar quddiem għajnejna t-tagħlim tal-Pacem in Terris u tal-messaġġ tal-Jum il-Paċi 2003. Għalhekk nissuġġerixxi li fil-laqgħat ta’ l-Għaqdiet Kattoliċi, fl-irtiri għall- komunitajiet u f’xi seminars jew laqgħat ta’ studju li jsiru, jittieħdu , xi punti mid-dokumenti li semmejna, u jiġu applikati għaċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna. B’dan il-mod it-tagħlim sublimi u għaqli tal-Papiet, jasal iktar malajr għand il-poplu tagħna u żgur li jisfalu ta’ ġid.
Il-paċi ta’ Kristu tfawwar qlubkom tul ħajjitkom kollha.
Mogħtija mill-Kurja Veskovili,
Vittorja, Għawdex
Illum 28 ta’ Diċembru 2002
Mons Salv Debrincat
Kanċellier
+ Nikol Ġ. Cauchi
Isqof t’Għawdex